qtil – Page 5 – One News

Notifiki

Ġew rilaxxati l-katavri tal-omm u l-bint li nqatlu f’Ħal Għaxaq

Il-Qorti laqgħet it-talba biex jiġu rilaxxati l-katavri għad-difna ta Marija Lourdes u Angele Bonnici. Kif ukoll it-talba li saret mis-sieħba tal-akkużat biex jiġu rilaxxat ċ-ċwievet tal-proprjetà fejn seħħ il-każ, minħabba li fiha kien hemm oġġetti personali tal-mara. Meta semgħet din l-aħbar il-mara dehret emozzjonata.Aqra aktar

Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-qtil ta’ Lassana Souleymane- fl-awla ż-żewġ akkużati ma jħarsux darba lejn xulxin

‘Smajna ħoss, rajna bħal donnu dawl ġej minn karozza lejna, u ġew sparati żewġ tiri’. Kliem Mohammad Jallow ta’ 28 sena mill-Gambja, wieħed miż-żewġ vittmi li ntlaqat b’tiri ta’ arma tan-nar allegatament sparati minn Francesco Fenech u Lorin Scicluna, li jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Lassana Souleymane u bl-attentat ta’ qtil tiegħu u ta’ persuna oħra fis-6 ta’ April li għadda.

Viżibbilment taħt trawma, il-vittma spjega li dakinhar ħareġ ma’ sieħbu, Ibrahim Bah mill-Guinea, biex jara logħba futbol f’Birżebbuġa, u wara, imxew minn lejn Ħal Far. Jallow irrakkonta li huma u mexjin lejn Ħal Far, raw dawl qawwi ġej għal fuqhom qabel ma ġew sparati żewġ tiri. Emozzjonat għall-aħħar, qal li għall-bidu ħasbu ħoss ta’ logħob tan-nar. Qal li ntlaqat fin-naħa tal-lemin tal-warrani u li kawża tat-tir li nifdu, għadu ma jistax jagħmel l-awrina kif suppost. Xehed li għamel ġimagħtejn rikoverat fl-Isptar Mater Dei fejn intbagħtu Pulizija u Maġistrat, iżda fil-Qorti qal li ma jiftakarx li kellmuh. Bħal sieħbu li diġà ta xhieda tiegħu,  il-vittma m’għarfax lill-akkużati.Aqra aktar

“Għamilt li qaltli hi”- Michael Emmanuel dwar il-qtil ta’ Maria Lourdes Agius

Għamilt dak li qaltli hi.

Hekk stqarr fl-interogazzjoni, Michael Emmanuel mill-kosta tal-Avorju li jinsab għaddej ġuri mixli li fega lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius, f’Settembru tas-sena li għaddiet f’Raħal Ġdid.

Fil-ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera xehed l-ispettur James Grech u ta dettalji ta’ x’qallu l-akkuzat fl-Interogazzjoni. Xehed li fil-bidu, Emmanuel beda jgħid li ma jafx kif inqatlet Maria Lourdes, u li ma kellux xi jgħid. Irrakkonta episodju meta fi Frar tas-sena li għaddiet l-akkużat mar id-dar u sab lil omm ta’ sebat itfal tiġġieled ma’ ommha.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Il-kuġin ta’ Francesco Fenech jammetti li gideb lill-Pulizija

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, kumpliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Lorin Scicluna u Francesco Fenech li jinsabu mixlija bil-qtil tal-immigrant mill-Kosta tal-Avorju Lassana Souleymane u bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ immigranti oħra.

Il-vittmi nqatel b’tiri sparati minn karozza li kienet għaddejja minn Triq il-Ġebel f’Birżebbuġa fis-6 ta’ April li għadda. Bil-membri tal-familja taghhom fl-awla, iż-żewġ akkużati qagħdu ’l bogħod minn xulxin fuq il-bank tal-akkuzati u ma ħarsux darba lejn xulxin. Aqra aktar

Jammetti li qatel seba’ nisa f’Ċipru

Raġel f’Ċipru ammetta li qatel seba nisa u bniet f’dak li l-midja lokali qed tgħid li huma l-ewwel serje ta’ qtil fil-gżira. Żewġ iġsma nstabu f’xaft iktar kmieni dax-xahar, filwaqt li t-tielet wieħed instab il-Ħamis. Huma kollha kienu Filippini.Aqra aktar

Ma fadalx aktar xhieda fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Hugo Chetcuti

L-Erbgħa ntemmet il-kumpiazzjoni fil-konfront ta’ Bojan Cmelik, is-Serb li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Hugo Chetcuti f’Lulju tas-sena l-oħra.

Kien l-Ispettur Elliot Magri, li f’isem il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Nikolai Sant iddikjara fil-qorti li l-Prosekuzzjoni ma għandhiex iżjed xhieda xi tressaq fil-konfront ta’ Cmelik, dan hekk kif diġa ressqet ix-xhieda kollha.

L-aħħar xhud kellhu jkun t-Tabib Christian Camenzuli, li mill-każ l’hawn mar ikompli jistudja l-Ingilterra u għandu minn tal-anqas sena sħiħa fir-Renju Unit.

L-Avukat Joe Giglio f’isem il-Parti Ċivili talab ukoll lill-Qorti biex l-aħħar xhud li hu Dr. Camenzuli ma jixhidx u l-Avukat Ġenerali ma jinsistix li dan jixhed. Il-Każ ġie aġġornat għal 25 ta’ Frar li ġej.

Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni li qed tmexxi l-każ fil-konfront ta’ Bojan Cmelik iddikjarat li ma fadalx iżjed xhieda fil-każ. Kien l-Ispettur Elliot Magri, li f’isem il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Nikolai Sant iddikjara fil-Qorti li l-prosekuzzjoni m’għandhiex iżjed xhieda xi tressaq fil-konfront ta’ Cmelik, dan hekk kif diġà ressqet ix-xhieda kollha.

L-aħħar xhud kellhu jkun t-Tabib Christian Camenzuli, li mill-każ l’hawn mar ikompli jistudja l-Ingilterra u għandu minn tal-anqas sena sħiħa fir-Renju Unit.

L-Avukat Joe Giglio f’isem il-Parti Ċivili talab ukoll lill-Qorti biex l-aħħar xhud li hu Dr. Camenzuli ma jixhidx u l-Avukat Ġenerali ma jinsistix li dan jixhed. Il-Każ ġie aġġornat għal 25 ta’ Frar li ġej

Send this to a friend