qtil – Page 3 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinżamm arrestat in-Niġerjan mixli bil-qtil tal-Ħadd

Okolo Innocent Okwudili, Niġerjan ta’ 38 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta’ Amoubi Joseph Ezechi, Niġerjan ieħor ta’ 37 sena.

Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, fejn Ezechi nqatel wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt argument fi stabbiliment tax-xorb fit-triq il-Ġifen il-Qawra.

Ġie rrappurtat li l-argument bejn l-akkużat u l-vittma qam minħabba nuqqas ta’ qbil fuq min se jixtri l-ikel u min se jsajjar.

Fil-Qorti l-Ispettur Kurt Zahra akkuża lil Okwudili li ta daqqiet ta’ sikkina lil Ezechi.

Bil-maskla ma’ ħalqu l-akkużat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u qal li huwa jgħix f’Buġibba.

Ir-raġel li xogħlu huwa li jwaħħal il-madum qal li ġie f’pajjiżna mill-Italja lejn l-aħħar ta’ Frar, bl-Ispettur Kurt Zahra ra wkoll mal-awtoritajiet tas-saħħa jekk l-akkużat kienx jeħtieġ li joqgħod kwarantina qabel interrogah.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kurt Zahra u l-Ispettur Paula Ciantar.

Azzopardi b’double standards fil-Qorti


Aħna ma nistgħux ngħaddu l-opinjoni tagħna fuq dak li jkun qiegħed jiġri iżda intom tistgħu.

Din kienet it-tweġiba tad-Deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Nigel Vella waqt l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Aqra aktar

Send this to a friend