Jgħid li qatlu lil martu quddiemu

Andrew Mangion, akkużat bil-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker, qal li żewġt’irġiel armati qatlu lil martu quddiemu meta kienet ħierġa mill-garaxx fis-Swieqi.

Mangion, li għandu 40 sena, qed iwieġeb mhux ħati li qatel lill-mara, li l-ġisem bla ħajja tagħha nstab f’maħżen f’Ħal Qormi fi 3 ta’ Lulju. Kien l-ispettur Keith Arnaud li xehed quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke kif Mangion talab lil zijuh biex iġorru l-ġisem mejjet, b’dan tal-aħħar imur jirrapporta lill-pulizija.

Aqra aktar

Straġi b’MANNARA fuq ferrovija

Żagħżugħ Afgan armat b’mannara u sikkina nqatel mill-Pulizija Ġermaniża wara li darab erba’ persuni li kienu fuq ferrovija.

L-inċident seħħ f’Wurzburg, fin-nofsinhar tal-pajjiż u dawk midruba huma minn Hong Kong. Tlieta minnhom sofrew ġrieħi serji filwaqt li ġersuna oħra għandha ġrieħi ħfief. 14-il persuna oħra qed jingħataw l-għajnuna għax sofrew minn qatgħa qawwija.

Aqra aktar

Qtil f’garaxx tal-familja fis-Swieqi

Wara li lbieraħ instab il-vann li x’aktarx ħa l-vittma tat-tielet qtil ta’ din is-sena sal-maħżen ta’ Ħal Qormi, iktar investigazzjonijiet stabilixxew li x’aktarx il-qtil sar f’wieħed mill-garaxxijiet tal-familja Mangion fis-Swieqi.

Aqra aktar

Andrew Mangion kien iddisprat qabel sparixxa

Andrew Mangion ta’ 40 sena, suspettat ewlieni tal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker, stqarr ma’ xi ħadd li jiġi minnu li kien qatilha.

Dalgħodu t-Times tikkonferma dak li dan is-sit kien irrapporta – li Andrew Mangion allegatament fittex l-għajnuna ta’ xi ħadd viċin tiegħu wara l-qtil.

Aqra aktar

Sitt snin ħabs għal Pistorius

L-atleta Oscar Pistorius intbagħat sitt snin ħabs wara li nstab ħati li qatel lit-tfalja tiegħu fl-2013. Is-sentenza ingħatat ftit tal-ħin ilu u minnufiħ Oscar Pistorius sab ruħu f’ċella.

Pistorius ta’ 29 sena spara erbgħa darbiet lit-tfajla meta din kienet fil-kamra tal-banju. Filwaqt li ammetta li spara, qal li l-azzjoni għamilha għax ħaseb li kien daħal xi ħalliel. Liebes kollox iswed sewda, Pistorius sema’ dak li kellha tgħid il-Magistrat b’rasu baxxuta l-ħin kollu.

Screen Shot 2016-07-06 at 11.24.34

L-għarusa Reeva Steenkamp

Sparatura fuq Membru Parlamentari

Il- Membru Parlamentari Laburista Jo Cox sofriet ġrieħi gravi wara li sparawla ġewwa Birstall, West Yorkshire. Dan qalitu persuna li kienet fuq il-post tal-inċident.

Cox ġiet eletta bħala Membru Parlamentari għal Batley and Spen fl-elezzjoni ġenerali tal- 2015 u hija omm ta’ żewġ ulied.

Il-persuna li kienet fuq il-post qalet li l-mara ta’ 41 sena tħalliet fuq il-bankina bid-dmija nieżla.

Aqra aktar

Send this to a friend