qtil – Page 16 – One News

Notifiki

Tinstab b’gerżumtha mċarrta

Instabet b’gerżumtha mċarrta minn naħa sa oħra. Hekk sostna l-Ispettur Matthew Spagnol f’xhieda mill-aktar profonda fil-każ tal-qtil ta’ Caroline Magri.

L-ispettur kien mar jinvestiga l-każ wara li ġie infurmat li nqatlet omm ta’ tminn t’itfal.

Aqra aktar

Meta Facebook QATEL ħafna nies

Anomalija fuq Facebook, dik magħrufa bħala ‘bug’ wasslet biex ħafna persuni kienu immarkati mejta fuq il-ħajt virtwali tagħhom…dak li nafuh bħala l-‘wall’.

L-iżball seħħ nhar il-Ġimgħa, meta s-sit soċjali tella’ banner li sab ruħu fuq walls ta’ dawk li suppost ħallew din id-dinja. Il-problema hi li ħafna minn dawn in-nies għadhom ħajjin…tant li ħafna minnhom kitbu fuq Facebook stess biex ħadd ma jinkwieta, jikkonermaw li għadhom fostna f’din id-dinja.

“Kien żball terribbli li issa tranġa” qal kelliem għal Facebook, filwaqt il skuża ruħu f’isem il-kumpanija.

Aqra aktar

L-ispettur investigattiv dwar il-każi ta’ bombi

L-ispettur Keith Arnaud, mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, tkellem fil-programm Arena dwar is-sensiela ta’ qtil bil-bomba li kien hawn f’pajjiżna.

Tkellem dwar kif jiżviluppaw l-affarijiet mill-mument li l-pulizija tissejaħ fuq il-post u l-mod kif jissoktaw l-investigazzjonijiet. Iffaċjat bil-mistoqsija dwar kif ħadd minn dawk responsabbli ta’ bombi ma jinqabad, Arnaud qal: “Splużjoni hija iktar diffiċli minn każi oħra. Splużjoni teqred l-affarijiet. Peró l-esperjenza urietna li ma teqridx kollox u kien hemm każi fejn persuni tressqu l-qorti u weħlu l-ħabs,” qal l-Ispettur Arnaud.

Aqra aktar

Furnar akkużat b’attentat ta’ qtil

Furnar kien akkużat b’attentat ta’ qtil wara ġlieda li faqqgħet fil-Każin tal-Partit Laburista f’Ħal Qormi, il-Ħadd wara nofsinhar.
Alfred Galea ta’ 46 sena kien mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi serji lill-vittma, li kien fil-pussess ta‘ strument li jaqta’ mingħajr il-liċenzja neċessarja, li ddisturba l-paċi u li kien riċediv.
Aqra aktar

30 sena ħabs talli qatlet lil binha – tgħid li skopra li kellha x’taqsam man-nannu

Omm Taljana li qatlet lil binha ta’ tmien snin ingħatat sentenza ta’ tletin sena ħabs.

L-omm, Veronica Panarello, qalet li kien in-nannu tat-tifel li qatel lil binha wara li dan skopra li kien hemm relazzjoni bejnha u bejn in-nannu, li jiġi missier missieru.

Fil-bidu Panarello qalet li t-tifel kien inħataf, u qalet lill-Pulizija li ħaditu l-iskola iżda għeb xħin marret biex tiġbru lura. Madanakollu rriżulta li għallqitu b’cables u xeħtet il-ġisem bla ħajja f’wied abbandunat f’Santa Croce, fi Sqallija.

Il-Pulizija bdiet tissuspetta li omm it-tifel kienet qed tigdeb, meta filmati tas-CCTV ma qablux mal-istorja tagħha.

Aqra aktar

Il-kok għaraf lill-akkużat bi qtil

Kompla jinstema l-ġuri tal-każ tal-qtil ta’ Vittorio Cassone fejn kien imiss lill-eks supretendent tal-Pulizija Chris Pullicino jixhed dwar l-evidenza li kiseb tul tlettax-il sena ta’ kumpilazzjoni.

Quddiem il-ġurati, Pullicino qal li l-kok li kien xogħol fir-ristorant tlettax-il sena ilu kien identifika lill-akkużat bħala r-raġel li daħal jagħmel hold-up fir-ristorant bl-isem ta’ Chef Italy Food u li spara lill-Cassone f’ sidru, u tant kemm kien aġitat meta raħ fil-line up, li kellu jinżamm milli jmur jattakkah.

Aqra aktar

IT-TIENI MEWT FL-APPARTAMENT TAL-MARA ARRESTATA

 Mara mis-Serbja qed tinżamm arrestata wara li s-sieħeb Ingliż li kienet qed tgħix miegħu f’appartament f’San Pawl il-Baħar miet fgat.

Jirriżulta li fi Frar li għadda, fl-istess appartament miet fgat raġel ieħor li wkoll kien qed jgħix ma’ din il-mara. Tant li l-mara kienet fil-preżenza tiegħu meta dakinhar kienu ssejħu l-forzi tal-ordni fuq il-post.

F’din it-tieni mewt kien għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-bieraħ filgħaxija, li l-Pulizija kien infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq il-Merluzz, f’San Pawl Il-Baħar.

Malli waslu fuq il-post il-pulizija, sabu katavru f’waħda mill-kmamar.

Mill-investigazzjonijiet kien stabbilit li r-raġel huwa ta’ nazzjonalita` Ingliża u għandu sebgħa u sebgħin sena.

Wara awtopsja li saret fuq il-katavru aktar kmieni matul il-jum, il-Pulizija qed titratta din l-investigazzjoni bħala waħda ta’ mewt suspettuża. Dan fid-dawl tal-mewt li diġa’ kien hem fi Frar li għadda.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

Send this to a friend