Qorti – Page 128 – One News

Notifiki

FILMAT: Awla ġdida fil-Qorti

Fil-qorti kienet ilha tinħass il-ħtieġa għall-bżonn li jiżdiedu n-numru t’Awli. Il-Gvern ra li jindirizza din l-isfida u nieda proġett infrastrutturali biex isiru tliet awli ġodda. Dan b’investiment ta’ €750,000 Il-wegħda bdiet titwettaq għaliex tlesta x-xogħol fuq awla minnhom. One News żar din l-awla li se sservi lil bosta ġudikanti.

Aqra aktar

WIEGĦDA MWETTQA; awla ġdida bl-ewwel seduta ssir il-ġimgħa d-dieħla

Għamilna wiegħda li se nibnu tliet awli ġodda fil-Qorti sal-aħħar tas-sena. L-ewwel waħda lesta, u l-ewwel seduta se ssir il-ġimgħa d-dieħla.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, wara li kien nieda proġetti infrastrutturali li qed iwettaq il-Gvern fil-bini tal-Qorti bil-għan li jiżdiedu iktar faċilitajiet u jkompli jitnaqqas id-dewmien.

Aqra aktar

Rabja għal sentenza tal-Qorti

Sentenza tal-Qorti li ngħatat f’Singapore ħolqot polemika sħiħa u rabja fost iċ-ċittadini. Dan wara li Joshua Robinson li nstab ħati li għamel att sesswali ma’ żewġ tfajliet taħt l-età ingħata sentenza ta’ erba’ snin ħabs. Kienu bosta l-kummenti ta’ rabja fost il-pubbliku, hekk kif fi kliemhom l-akkużat kellhu jeħel aktar snin il-ħabs.

Aqra aktar

Multa ta’ €1,000 wara li tajjar persuna

Xufier ta’ taxi li disa’ snin ilu weġġa’ persuna li kienet qed timxi f’Paceville kien immultat elf ewro.

Dan wara li nstab ħati li saq b’mod traskurat u għalhekk weġġa’ lil ċertu Ronald Dimech.

Il-vittma spjega kif kien sejjer id-dar wara l-quddies meta ra li t-triq kienet vojta u tajba biex jaqsam. Kien hemm biss taxi li dehret ipparkjata għax kellha d-dwal kollha mitfijin.

Aqra aktar

Bla qalziet quddiem il-Maġistrat

Somalu li tressaq quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale għażel li jniżżel il-qalziet biex fl-awla joqgħod kif bagħtu l-bambin. Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena mis-Somalja għamel hekk meta l-Maġistrat ordna li jinżamm taħt arrest.

Determinat li ma jtellax il-qalziet Maxamed Cabdi m’obdiex l-ordni tal-pulizija li kellhom ikunu huma biex itellgħulu l-qalziet u jeskortawh barra mill-awla. Hemm beda jsabbat rasu mal-bieb u jgħid li li se jmut il-ħabs. Hu tressaq il-Qorti akkużat li hedded li se jagredixxi persuna oħra ta’ nazzjonalità Afrikana wara li ma setax isib il-mobile.

Armla tingħata €164,500; tort maqsum bejn tnejn

Il-Qorti ordnat li armla ta’ sewwieq ta’ mutur li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku tingħata s-somma ta’ €164, 500.

L-inċident seħħ fl-2010 fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ. Is-sewwieq tat-trakk ħareġ minn triq sekondarja mingħajr ma ċċekja kinux ġejjin vetturi.

Aqra aktar

Send this to a friend