Qorti – Page 127 – One News

Notifiki

Bint George Vella tgħid li ġiet diskriminata mill-HSBC

Bint il-Ministru George Vella fetħet proċeduri legali kontra l-HSBC wara li dehrilha li saret diskriminazzjoni fil-konfront tagħha.

Elaine Scicluna ta’ 46 sena ilha 27 sena taħdem fil-qasam bankarju u allegat li nkisrulha d-drittijiet tagħha wara li nqabżet fi proċess li sar għal promozzjoni.

Aqra aktar

€78,000 għal koppja Maltija

Il-Qorti Maltija ordnat kumpens ta’ kważi €78,000 lil koppja Maltija wara li dawn kienu involuti f’inċident bil-mutur fl-Italja.

Il-koppja, Joseph u Joan Mary Grixti kienu qed isuqu fi Scarperia meta Taljan li kien qed isuq vann baqa’ dieħel fihom.

Aqra aktar

Jiffranka l-ħabs wara li ħebb għal Pulizija

Raġel ta’ 36 sena franka sitt xhur ħabs wara li ħebb għal żewġ Pulizija f’Paceville.

Ludwig Cassar kien instab ħati li seba’ snin ilu hedded u ħebb għal żewġ uffiċjali wara li nqabad ipejjep fi stabbiliment f’Paceville.

Aqra aktar

Jgħid li weħel fit-traffiku – jeħel xahrejn ħabs

Martin Marco Baldacchino ta’ 40 sena minn Ħaż-Żebbuġ qal li ma deherx quddiem il-Qorti għax weħel fit-traffiku. Skuża li l-Qorti ma tantx niżlitilha tajjeb, għaliex ingħata xahrejn ħabs talli wera nuqqas ta’ rispett lejha.

Ir-raġel jinsab akkużat li ta n-nar lil bieb ta’ dar fil-triq prinċipali ta’ Ħal Qormi – każ li jmur lura għal Awwissu 2011. Dan it-tip ta’ reat iġib miegħu sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija. Minbarra li huwa akkużat li kkawża ħsarat lill-propjetà tan-nies, jinsab akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ liertà proviżorja.

Dalgħodu Baldacchino ma tfaċċax il-Qorti, bl-Imħallef Antonio Mizzi jissospendi s-smiegħ għal siegħa. Meta reġa’ daħal fl-awla sab li l-akkużat kien għadu mhux hemm u qal li dan kien nuqqas ta’ rispett lejn il-Qorti u ħela ta’ ħin.

“Il-Gvern jiċċelebra meta jiggwadanja l-fiduċja tal-poplu” – JM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima d-diżappunt li għal żball ta’ 50 vot, ingħata kumpens ta’ żewġ siġġijiet il-Partit Nazzjonalista u li dan juri kemm il-gvern huwa ‘underdog’.

Il-Prim Ministru saħaq li d-deċiżjoni mhix se taffettwa l-gvern, għaliex igawdi minn appoġġ fenomenali, iżda r-riperkussjonijiet li jistgħu jiġu fis-snin li ġejjin huma kbar b’ din id-deċiżjoni.

Muscat saħaq li mgħandux jinħela ħin fuq din il-kwistjoni, għaliex ix-xogħol tal-gvern hu li l-Maltin ikollhom xogħol għalihom u għal familji tagħhom, għaliex dan il-gvern jiċċelebra meta jiggwadanja l-fiduċja tal-poplu.
Aqra aktar

Ma nstabx ħati li mmasturba fil-pubbliku

Nuqqas t’ evidenza suffiċjenti ħelset lil raġel mill-akkużi t’attentat għall-pudur bil-vjolenza.

Ibrahim Nour, tressaq il-qorti mixli li mmasturba fil-pubbliku darbtejn fil-venda tal-Furjana u f’ Pjazza Kastilja l-Belt Valletta fil-jumejn fejn kienu qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet tar-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali.

Aqra aktar

Send this to a friend