Qorti – Page 126 – One News

Ġuri: Id-difiża titfa’ dubji fuq ix-xhieda

Fl-awla ippreseduta mill-Imħallef Antonio Mizzi daħal fl-aħħar stadju tiegħu l-ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Vittorio Cassone.

Cassone kien inqatel kiesaħ u biered waqt serqa 23 sena ilu u isem l-akkużat ma jistax jixxandar għaliex allegatament meta seħħ il-qtil huwa kien għadu tifel.
Aqra aktar

Bla impjieg u mingħajr flus

“Bla impjieg u mingħajr flus.” Dan kien il-kumment ta’ raġel ta’ tmienja u erbgħin sena li sammar lil kull min kien qed jisma’ x-xhieda tiegħu f’awla tal-Qorti.
Aqra aktar

ILLIBERATA: vera li tajritha, imma qasmet bl-addoċċ, taħt l-effett tax-xorb, u b’żewġt’iklieb jiġbduha

Il-Qorti llum iddeċidiet fil-każ ta’ Mary Sultana ta’ 58 sena mill-Qala, akkużata li f’Awwissu tal-2013 laqtet u tajret lil ċertu Gabrielle Helga Whitehouse u kkaġunatilha ġrieħi gravi, f’każ li seħħ fix-Xewkija.

Hija tressqet il-Qorti akkużata mill-ispettur tal-Pulizija Bernard Charles Spiteri bi traskuraġni jew nuqqas ta’ ħila fis-sewqan, b’nuqqas ta’ tħaris ta’ regoli tat-traffiku, b’veloċità eċċessiva.

Il-Qorti stabbilixxiet li Gabrielle Helga Whitehouse, li ttajret, kellha problema tal-alkoħol u qabel seħħ l-inċident kienet ikkunsmat ammont sostanzjali ta’ alkoħol, tant li kienu mnaqqsa  b’mod drastiku r-riflessi tagħha. Mhux talli kienet f’dan l-istat, talli kellha żewġt’iklieb magħha li kienu qegħdin jiġbduha. 

Il-mara li ttajret kienet qiegħda fi triq prinċipali fl-inħawi ta’ fejn hemm l-Università,  triq fejn jgħaddu biss żewġ karozzi, waħda kull naħa. Hija kinitx qed taqsam minn fejn hemm il-lights li kienu għoxrin metru ’l bogħod.  

Aqra aktar

Attakkah biex jitħallas lura

Dunstan Caruana, li jsellef il-flus fuq l-idejn, ittella’ l-qorti akkużat li hedded ripetutament u attakka raġel li kellu jagħtih il-flus lura b’ interessi għolja. Fix-xhieda tiegħu, il-vittma li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-qorti, spjega kif lura f’ Jannar 2013 issellef €15,000 minn Joseph Manicaro, magħruf bħala Zuzu, liema self kien trasferit għand Caruana li mal-ewwel talab li jitħallas lura s-somma ta’ €30,000, iġifieri d-doppju.

Aqra aktar

Il-kok għaraf lill-akkużat bi qtil

Kompla jinstema l-ġuri tal-każ tal-qtil ta’ Vittorio Cassone fejn kien imiss lill-eks supretendent tal-Pulizija Chris Pullicino jixhed dwar l-evidenza li kiseb tul tlettax-il sena ta’ kumpilazzjoni.

Quddiem il-ġurati, Pullicino qal li l-kok li kien xogħol fir-ristorant tlettax-il sena ilu kien identifika lill-akkużat bħala r-raġel li daħal jagħmel hold-up fir-ristorant bl-isem ta’ Chef Italy Food u li spara lill-Cassone f’ sidru, u tant kemm kien aġitat meta raħ fil-line up, li kellu jinżamm milli jmur jattakkah.

Aqra aktar

Send this to a friend