Qorti – Page 125 – One News

Notifiki

Akkużat li seraq iPad minn karozza – miżmum għax m’għandux fejn joqgħod

Żagħżugħ ma ngħatax il-ħelsen mill-arrest u qed ikun akkużat li seraq iPad minn karozza pparkjata fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

L-akkużat qal li jinsab bla xogħol u rritorna l-ipad lura lis-sid tiegħu għalkemm ma kienx qed jaħdem sew. Fil-Qorti qal li rċieva dan l-ipad mingħand ħabib tiegħu.

Għalkemm l-avukat tal-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest, il-maġistrat ma laqax din it-talba minħabba li l-akkużat ma kellux indirizz fiss u għalhekk hemm il-biża li jaħrab mill-pajjiż.

L-ewwel kissret boċċa u wara ħebbet għall-Pulizija

Bulgara ta’ 36 sena kissret boċċa tal-ħġieġ minn fuq is-siġra tal-Milied li tqiegħdet quddiem il-Parlament, il-Belt Valletta. Ivelina Petkova tressqet fil-Qorti l-Ġimgħa filgħodu akkużata li volontarjament għamlet ħsara fuq din is-siġra, li ħebbet għal żewġ uffiċjali tal-Pulizija, li kienet fis-sakra f’post miftuħ għall-pubbliku, li għamlet ġesti oxxeni, li kisret il-paċi pubblika u li rrifjutat li tagħti l-partikolaritajiet tagħha lill-Pulizija.

Akkużi li għalihom ammetiet Petkova li ġiet immultata tmien mitt ewro li jridu jitħallsu fi tmien t’ijiem u tpoġġiet taħt ordni ta’ Probation għal żmien sentejn. Il-Qorti ordnat ukoll tħallas tlett mija u ħamsin ewro għall-ispejjeż tal-boċċa tal-ħġieġ li hija kissret.

Fil-Qorti, Petkova talbet skuża għal dak li għamlet u qalet li kienet lesta tħallas għad-danni li kkawżat

Missier akkużat bi vjolenza fuq ibnu

Missier ċaħad li ta daqqiet u hedded lill-ibnu ta’ tnax-il sena. Ir-raġel ta’ 36 sena li huwa ta’ dixxendenza Niġerjana, qed ikun akkużat li uża l-vjolenza u kkawża lill-ibnu biex jibża’ li jkun suġġett għall-vjolenza. Il-missier iżda wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh.

L-avukat tad-difiża qal li filwaqt li l-missier u l-iben kellhom kwistjonijiet ta’ kunflitt, il-missier ma kienx vjolenti lejn ibnu. Fil-Qorti ntqal li l-missier ma jaħdimx minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu u li likieku nżamm arrestat, mhux biss issir ħsara fuq saħħtu iżda wkoll tiżdied il-pressjoni fuq il-familja. Min-naħa tagħha, omm it-tfal ikkonfermat li qatt ma rat lill-missier ikun vjolenti lejn uliedu.

Aqra aktar

Mixli b’ħabi ta’ droga

Kaħħal ta’ ħamsa u għoxrin sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd instabet fuqu l-kannabis u l-kokaina f’pakkett ta’ sigaretti.
Aqra aktar

Imressqa l-Qorti l-omm Ungeriża li ħarbet b’bintha f’Malta

Omm Ungeriza ta’ tlieta u tletin sena li kellha mandat t’ Arrest Ewropew maħruġ minn Ċipru kontriha tressqet il-Qorti is-Sibt filgħodu.

Hi kienet mixlija li ħadet minuri barra mill-pajjiż mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet Ċiprijotti, u li għaldaqstant, skont il-Qorti Ċiprijotta ikkommettiet reati skedati li jġorru piena ta’ tmintax-il sena priġunerija.
Aqra aktar

Arrestati fuq serq vjolenti

Żewġ irġiel minn Ħal-Qormi inżammu arrestati wara li tressqu l-qorti akkużati b’żewġ serqiet vjolenti minn handbags fuq anzjani. Saħansitra anzjana sofriet ġrieħi gravi.

Aqra aktar

Send this to a friend