Qorti – Page 123 – One News

L-eks mara takkużah li għamel is-sess ma’ tifla ta’ 15

Raġel ta’ 29 sena tressaq il-Qorti akkużat li għamel l-att sesswali ma’ tifla ta’ 15-il sena. Dan wara li l-eks mara tiegħu irrapportatu lill-Pulizija.

L-eks mara qalet li dan għamlu ftit jiem biss wara li l-koppja żżewġet.

Ma jistax jixxandar isem ir-raġel, fuq ordni tal-Qorti. Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

L-Ispettur John Spiteri qal li kien hemm għajdud dwar ir-relazzjoni sesswali bejnu u bejn it-tifla f’Ħaż-Żebbuġ, qabel ma kien irrapportat il-każ. Huwa oġġezjona li r-raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba biża li seta’ javviċina lit-tifla. Qal ukoll li r-raġel ftaħar li l-akkużi kienu se jitwaqqgħu għax jaf lill-familja tat-tifla.

Aqra aktar

Saviour Balzan ikollu jħallas €3,200 lil RCC

Id-direttur Maniġerjali tal-Maltatoday Saviour Balzan ġie ordnat iħallas €3,200 lil Richard Cachia Caruana wara artiklu libelluż li tela’ fl-2009.
Fl-artiklu kien intqal li Cachia Caruana għandu s-saħħa jgħajjat l-armata tiegħu ta’ nies li jxerrdu l-mibgħeda permezz tal-kitba tagħhom fuq il-blogs.
Wara li inizzjalment, Balzan kien se jirtira kliemu fl-artiklu billi daħal fi ftehim bonarju ma’ Cachia Caruana iżda imbagħad żamm ma’ dak li qal qabel fl-artiklu. Fl-isfond ta’ dan kollu, il-Qorti sabet lil Saviour Balzan ħati ta’ malafama.

Tliet persuni akkużati b’serq minn residenza f’Għajnsielem

Il-Pulizija mir-Rabat Għawdex, ressqet tliet persuni l-Qorti. Żewgt irġiel, ta’ 56 sena u ta’ 31 sena, it-tnejn mill-Ġeorġia, u raġel ta’ 46 sena mill-Uzbekistan ġew akkużati li ilbieraħt’lura riedu jwettqu serqa, iżda din sfrattat wara li ġrat xi ħaga aċċidentali u indipendenti mill-volonta tagħhom.

Aqra aktar

Ried isir gwardjan, imma xellef difru WISQ mal-liġi….

Il-Kummissarju tal-Pulizija kien korrett meta ċaħad l-applikazzjoni ta’ raġel għal liċenzja ta’ gwardjan, fid-dawl tar-rekord tiegħu. Dan iddeċidietu l-Qorti tal-appell.

Christopher Galea kien applika għal liċenzja biex issir gwardjan iżda ġie miċħud mill-Kummissarju tal-Pulizija f’Awissu 2014, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku.

Il-Kummissarju tal-Pulizija kien osserva li Galea kellu diversi kwistjonijiet mal-liġi u għalhekk kien ta’ theddida kontinwa għall-pubbliku.

Aqra aktar

Send this to a friend