Qorti – Page 122 – One News

Wieġeb ħati biex jaqta’ fil-qasir

Taljan li f’ pajjiżna żelaq minn soll tat-tieqa għal fuq tinda f’ lukanda u kkawżalha ħsara ddeċieda li jwieġeb ħati li kkawża ħsara volontarjament biex jitħalla jitlaq lura pajjiżu.

Għalkemm fil-bidu Sihel Zigai Sinahs wieġeb mhux ħati għaliex il-ħsara ma għamilhiex attapposta, bidel il-verżjoni tiegħu meta nduna li l-każ seta’ jkarkar ix-xhur.

Aqra aktar

Ebda kumpens lill-armla u tifel ta’ ħaddiem – l-inċident kien tort tal-vittma

L-armla u t-tifel ta’ ħaddiem li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol 14–il sena ilu, ma ngħatawx kumpens wara li l-Qorti ddeċidiet li l-inċident kien seħħ tort tal-vittma stess għax ma kienx liebes ilbies protettiv.

L-inċident imur lura għal Ottubru tal-2002 meta Joseph Borg ħa xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq sit fl-Imtarfa ma’ żewġ irġiel oħra. Fl-2005, tliet snin wara l-inċident fatali, martu Mary Ann u ibnu Daniel fetħu kawża kontra wieħed mill-ħaddiema u l-Enemalta, fejn talbu lill-Qorti biex iżżommhom responsabbli għal mewtu.

Wara li l-Qorti kkunsidrat li l-vittma ma kienx liebes iż-żarbun protettiv u li ma tax kas il-warejs tal-elettriku mikxufa waqt li kien qed jaħdem, ikkonkludiet li l-kumpens ma jingħatax.

Theddida ta’ bomba l-Qorti

Theddida ta’ bomba l-Qorti seħħet għall-ħabta tal-10:25.

Il-binja kienet evakwata sakemm kienet spezzjonata mill-membri tal-Bomb Disposal Unit. Sa nofsinhar kien kollox lura għan-normal.

Tal-‘Easy Life’ jirbaħ kumpens

Omajco Cleaners u Eximus Services ġew ordnati iħallsu €15,000 f’danni lill-kumpanija Easylife. Il-Qorti ordnat dan il-kumpens wara li nstabu ħatja li kisru d-dritt tal-proprjetá intelletwali wara li użaw il-kliem ‘Easy Life’ fuq moppijiet u kaxxi tal-bramel li kienu qed ibiegħu.
Aqra aktar

Send this to a friend