Qorti – Page 117 – One News

Notifiki

MIĊĦUDA t-talba biex titnaqqaslu sentenza ta’ 15-il sena ħabs

John Camilleri, ta’ 48 sena mill-Imqabba, se jkompli jiskonta sentenza ta’ 15-il sena ħabs wara li l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet t-talba li għamel biex titnaqqas il-piena tal-ħabs.

Camilleri, magħruf bħala “Ġanni tal-Bully”, kien ġie kkundannat 15-il sena ħabs u mmultat €35,000 lura f’Novembru tal-2005 wara li f’ġuri nstab ħati li f’Diċembru tal-2000 kien instab fil-pussess ta’ 953 pillola ecstasy.

Hu ġie akkużat mill-Pulizija li ħeba l-pirmli f’ħajt tas-sejjieħ u f’munzell żrar fil-barriera tiegħu fil-Qrendi.

Aqra aktar

Jinqabdu b’dokumenti foloz

Fi tliet każi separati, tliet irġiel tressqu l-Qorti akkużati bil-pussess ta’ dokumenti foloz.

Il-passaporti foloz kienu interċettati waqt kontrolli fl-ajurport f’mument fejn l-arranġament taż-Żona Schengen huwa temporanjament sospiż. Dan minħabba s-summit li se jsir f’pajjiżna l-ġimgħa d-dieħla.

Aqra aktar

Jirrifjuta li jixhed fil-każ ta’ ħuh

Ħu żagħżugħ akkużat bi traffikar ta’ droga m’aċċettax li jixhed fil-każ.

L-akkużat fil-każ huwa Melvin Cini, ta’ 26 sena li kien arrestat iktar kmieni dan ix-xahar wara li f’operazzjoni tal-Pulizija innotawh imur jiftaħ u jfittex f’karozza li kien fiha nstabet id-droga eroina, kokaina, kannabi u ecstacy.

Aqra aktar

Iġorr id-droga għax kellu bżonn il-flus

Raġel akkużat bit-traffikar tad-droga qal li hu aċċetta li jġorr id-droga, li nstabet fil-pussess tiegħu, għaliex kellu bżonn il-flus.

John Xuereb, ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar, inqabad bid-droga nhar is-Sibt li għadda wara li l-Pulizija rċeviet tagħrif li kien qed ibiegħ id-droga.

Aqra aktar

6670 siegħa ta’ xogħol fil-komunità

L-aħbar li f’pajjiżna niżlu taħt it-tliet elef dawk jirreġistraw għal impjieg hija waħda li qed tkun iċċelebrata kemm minn min iħaddem u anke minn min jirrapprezenta l-ħaddiema.
Fil-programm Pjazza tkellmu r-rappreżentanti tal-Malta Employers Association (MEA) u tal-General Workers Union.

Aqra aktar

Mhux responsabbli li tajjar mara

Xufier ta’ xarabank mhux se jibqa’ jinżamm responsabbli għal aċċident fejn mara ttajret waqt li kienet qed taqsam it-triq. Il-Qorti ddeċidiet li Stephen Muscat, ix-xufier ta’ sitta u tletin sena, huwa filfatt innoċenti wara li rat filmati tar-rotta tax-xarabank fil-ħin tal-inċident.

Aqra aktar

Mhux ħatja t’abbuż sesswali fuq tifla

Żewġt aħwa li fl-2008 kienu akkużati li kkorrompew bint wieħed minnhom inħelsu minn kull akkuża wara li l-Qorti ma laqgħatx l-appell tal-Avukat Ġenerali. Il-Qorti għamlet dan għal diversi raġunijiet, fosthom li x-xhieda tal-allegat vittma ma kinitx preċiża.

Aqra aktar

Karen Mercieca mill-ġdid ħielsa minn kull akkuża – l-LSA innoċenti

Karen Mercieca, LSA li kienet akkużata li abbużat studenta b’ddifikultajiet fit-tagħlim, inħelset minn kull akkuża mill-Qorti tal-Appelli.

Mercieca kienet diġà nstabet mhux ħatja fl-2015, bl-akkużi jkunu li l-għalliema ta’ 35 sena mill-Qala abbużat minn studenta ta’ 11-il sena. Kienet akkużata wkoll b’attakk indiċenti jew vjolenti fuq l-istudenta  u li offendiet il-morali pubbliċi waqt ħidmietha l-iskola primarja ta’ Għajnsielem. Kien sar rapport minn żewġ membri tal-APPOĠĠ li kienu tkellmu ma’ dik li kellha tkun il-vittma. L-għalliema kienet ċaħdet l-akkużi mill-bidu nett, u filfatt kien instab li l-verżjonijiet tat-tifla kienu inkonsistenti.

Wara li nħelset mill-akkużi, appella l-Avukat Ġenerali.

Aqra aktar

Send this to a friend