Qorti – Page 10 – One News

Notifiki

Jixhed is-sieħeb fin-negozju ma’ Yorgen Fenech

F’seduta li damet ġurnata sħiħa kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ kontra n-negozjant Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fil-Qorti xehed Johann Cremona, sieħeb fin-negozju ma’ Fenech u li kien jikri l-uffiċju tiegħu mingħand Melvin Theuma, l-middleman u x-xhud ewlieni f’dan il-każ. Aqra aktar

Raġel ta’ 28 sena jingħata sena ħabs sospiża għal 18-il xahar

Mishael Eid Ali Albdoul ta’ 28 sena mill-Ġordan u li joqgħod San Ġiljan ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal 18-il xahar.

Albdoul tressaq il-Qorti mixli li kellu fil-pussess tiegħu pjanta tal-kannabis, li hedded uffiċjali tal-pulizija waqt li kien taħt l-effett tax-xorba alkoħoliku kif ukoll li għamel dikjarazzjoni falza. Aqra aktar

Ikompli jistema’ l-każ ta’ Jomic Calleja

It-Tlieta filgħodu tkompla l-każ ta’ Jomic Calleja ta’ 34 sena li qed jiġi akkużat li allegatament xtara u prova jdaħħal splussiv f’Malta. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jinfetaħ ċentru ġdid tal-Medjazzjoni

Ġie inawgurat ċentru tal-Medjazzjoni ġdid ġewwa l-Belt Valletta sabiex jassisti li ċittadin li ikun irid isolvi tilwim ċivili, kummerċjali jew industrijali u ma jkunx irrid jidħol l-Qorti.

Dan iċ-ċentru tal-Medjazzjoni  ġie stabbilit bl-iskop li jipprovdi forum fejn żewġ partijiet jew aktar jistgħu volontarjament jissottomettu flimkien talba għal medjazzjoni quddiem iċ-Ċentru.Fil-proċess, medjatur jaġixxi bħala terza  persuna mparzjali bl-għan li jiffaċilita n-negozjati bejn il-partijiet sabiex  jgħinhom isolvu t-tilwim tagħhom billi jilħqu ftehim volontarju u f’waqtu.

Aqra aktar

Send this to a friend