Notifiki

L-AĠ fil-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja ma jsib xejn ħażin fis-sistema tal-ħatra tal-ġudikanti li kellha Malta

F’argument b’saħħtu li poġġa l-Avukat Ġenerali Gerard Hogan fil-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja saħaq li ma kien hemm xejn ħażin fis-sistema tal-ħatra tal-ġudikanti f’Malta u l-liġi Ewropea ma tipprekludix providimenti fil-Kostituzzjoni tal-istati membri rispettivi fejn il-Prim Ministru jkollu rwol fil-proċess tal-ħatra tal-ġudikanti.Aqra aktar

Il-Qorti Ewropea tinnota nuqqasijiet f’kordin li seħħew waqt tmexxija Nazzjonalista

Se nibqgħu nittrattaw il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Rapport tal-Qorti Ewropea ppubblikat fl-aħħar sigħat sab bosta nuqqasijiet f’din il-faċilità li ħafna minnhom seħħu waqt tmexxija Nazzjonalista li m’għamlet xejn dwarhom u wasslu biex Malta nstabet ħatja u weħlet multa għal xi nuqqasijiet.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li l-awtoritajiet tal-ħabs huma impenjati li jagħmlu l-bidliet meħtieġa.Aqra aktar

53,000 rapport aktar dwar drittijiet tal-bniedem

L-applikazzjonijiet li tressqu quddiem il-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem żdiedu b’aktar minn 30% fl-2016 meta kkumparat mal-2015.

Ir-rapport ippublikat mill-Qorti Ewropea jgħid li l-applikazzjonijiet żdiedu wara l-kolp ta’ stat li falla fit-Turkija s-Sajf li għadda, hekk kif il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet saru propju minn nies li jgħixu fit-Turkija.

Aqra aktar

MIĊĦUDA t-talba biex titnaqqaslu sentenza ta’ 15-il sena ħabs

John Camilleri, ta’ 48 sena mill-Imqabba, se jkompli jiskonta sentenza ta’ 15-il sena ħabs wara li l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet t-talba li għamel biex titnaqqas il-piena tal-ħabs.

Camilleri, magħruf bħala “Ġanni tal-Bully”, kien ġie kkundannat 15-il sena ħabs u mmultat €35,000 lura f’Novembru tal-2005 wara li f’ġuri nstab ħati li f’Diċembru tal-2000 kien instab fil-pussess ta’ 953 pillola ecstasy.

Hu ġie akkużat mill-Pulizija li ħeba l-pirmli f’ħajt tas-sejjieħ u f’munzell żrar fil-barriera tiegħu fil-Qrendi.

Aqra aktar

L-ewwel żjara tat-tip tagħha għal Leo Brincat

Illum, il-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fejn ġie milqugħ mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara u d-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri.

Brincat appella biex jinstab mezz effettiv sabiex ir-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea jaslu għand l-entitajiet u d-dipartimenti tal-gvern ta’ kull stat membru, u dan indipendentament minn jekk jagħmlux referenza speċifika għall-pajjiżi individwali, biex b’hekk ikun qed jiżdied dejjem aktar il-valur miżjud tar-rapporti nfushom.

Aqra aktar

Send this to a friend