qgħad – One News

Notifiki

400 persuna inqas fir-reġistru tal-qgħad

Fl-aħħar seba’ ġimgħat, ir-reġistru tal-qgħad esperjenza tnaqqis kbir, hekk kif madwar erba’ mitt persuna sabu impjieg.Aqra aktar

Oppożizzjoni inkompetenti li spiċċat tmeri lilha nnifisha

Il-Partit Laburista nnota l-aħħar stqarrija tal-Partit Nazzjonalista fejn kompla jiżbalja dwar fatti bażiċi fuq il-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna.

Intqal kif iI-Partit Nazzjonalista tenna l-iżball tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia s-Sibt u l-Ħadd li għadda meta qal li f’pajjiżna hawn ħdax-il elf persuna qiegħda.

Aqra aktar

Tnaqqis ta’ 8% fil-persuni jirreġistraw għax-xogħol


Għad-disgħa xahar konsekuttiv komplew jonqsu n-nies jirreġistraw għax-xogħol b’ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sal-aħħar ta’ Settembru li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu bi 8% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet. Aqra aktar

Ikompli jonqos il-qgħad f’Għawdex

Tnaqqis ta’ 8.7% meta ikkomparat ma’ Awwissu tas-sena l-oħra.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana laqgħet b’sodisfazzjon l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn ikkonfermaw li l-qagħad f’Għawdex, għal sena oħra, kompla jonqos.

Aqra aktar

Tnaqqis ta’ 7.9% fil-persuni qiegħda

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika juru sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu bi kważi 8% biex issa hemm jirreġistraw għax-xogħol 1,645 ruħ. Aqra aktar

Send this to a friend