Iċċelebrata l-ġurnata għal-literiżmu

Lejliet il-ġurnata internazzjonali tal-literiżmu numru ta’ tfal tal-iscouts iltaqgħu mal-ambaxxaturi tal-qari.  Bl-ambaxxaturi rrakkontaw l-istorja tagħhom u kif il-qari għenhom ikomplu jeċċellaw fil-karriera tagħhom. Aqra aktar

Inħeġġu l-qari b’kanzunetta

L-Erbgħa, 19 ta’ Frar 2020, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u l-Agenda Kids Club nedew il-kanzunetta ‘Mikiel u l-lmportanza tal-Qari’ waqt attività tal-Ambaxxaturi tal-Qari fl-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli tal-Kulleġġ San Nikola. Din il-kanzunetta ferrieħa, kantata minn Jessika Muscat u Avner Vella, b’mużika ta’ Chan Vella u lirika ta’ Alexia Vella Schembri, tħeġġeġ lit-tfal iqisu l-kotba bħala ħbieb. Mikiel huwa l-maskot li jippromwovi l-qari waqt il-programm tal-Ambaxxaturi tal-Qari. Aqra aktar

Biex jiksopru l-Maġija tal-qari u l-kitba

Ħmistax-il għalliem Malti issa huma kkwalifikati biex fl-iskejjel rispettivi tagħhom imexxu programmi hekk imsejħa Reading Recovery. Dan huwa huwa programm tal-litteriżmu maħsub għal studenti ta’ sitt snin li jkun għadhom ma tgħallmux jaqraw. Aqra aktar

Send this to a friend