Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny tilef appell dwar is-sentenza ta’ priġunerija fuq akkużi li kiser il-kundizzjonijiet imposti ta’ sentenza sospiża.Aqra aktar

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny tilef appell dwar is-sentenza ta’ priġunerija fuq akkużi li kiser il-kundizzjonijiet imposti ta’ sentenza sospiża.Aqra aktar
Il-Gvern Russu ċaħad l-akkużi li l-President Russu Vladimir Putin ordna li jiġi vvalenat Alexei Navalny. Navalny huwa magħruf għall-kritika voċifera tiegħu lejn Putin.Aqra aktar
Il-maġġoranza tar-Russi vvutaw favur l-approvazzjoni tal-emendi proposti rigward ir-riformi kostituzzjonali fir-Russja. Aqra aktar
Il-White House m’hijiex qed jirnexxielha twaqqaf il-kritika politika li qed tiġi ġġenerata wara s-summit bejn il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump u dak Russu Vladimir Putin.
In-nirien f’kumpless tax-xiri fir-Russja li ħallew 64 persuna mejta; 41 minnhom tfal, kienu kkawżati minn dik li l-President Russu Vladimir Putin sejjaħ bħala negliġenza kriminali.
L-investigaturi qalu li l-fire alarm kien mitfi u li l-ħruġ tal-emerġenza kienu mblukkati.
Mix-xena nternazzjonali se nsegwu l-andament tal-elezzjonijiet Presidenzjali fir-Russja hekk kif illum il-Poplu Russu ħareġ jivvota fl-elezzjoni sabiex jeleġġi president ġdid. Bl-aktar kandidat favorit ikun il-President attwali Vladimir Putin li mistenni jikseb sebgħin fil-mija tal-voti.
Se naraw ukoll kif San Patrizju ġie ċċelebrat b’ mod differenti madwar id-dinja.
Il-President Donald Trump iffirma liġi li timponi sanzjonijiet ġodda lir-Russja għall-allegat indħil fl-elezzjoni fl-2016.
Il-President Amerikan Donald Trump se jiltaqa’ għall-ewwel darba mal-mexxej Russu, Vladimir Putin. L-ewwel laqgħa wiċċ imb’wiċċ se ssir waqt summit tal-G20 f’Hamburg, il-Ġermanja. It-tnejn li huma esprimew rieda li jsewwu d-danni li qed jinħolqu bil-kriżijiet fis-Sirja u l-Ukrajna, minbarra allegazzjonijiet li r-Russja kellha x’taqsam mar-riżultati elettorali fl-Istati Uniti. Trump u Putin mistennija jiltaqgħu wara nofsinhar għal siegħa, għalkemm jista’ jkun li l-laqgħa tkun ferm iqsar.
Intant, mistennija protesti tul il-jum. Konfront bejn il-forzi tal-ordni u dimonstranti diġà ħalla 76 pulizija ferut. Mejjexa minn madwar id-dinja għandhom differenzi kbar bejniethom fuq suġġetti bħat-tibdil fil-klima u n-negozju.
Il-kanċillier Ġermaniż Angela Merkel appellat lill-President Russu Vladimir Putin biex jipproteġi d-drittijiet ta’ persuni omosesswali f’Chechnya.
Attivisti qalu li l-pulizija qed tarresta u tittortura persuna u dan biex titrażżan il-komunità gay.
Wara li l-Istati Uniti wettqu attakki bl-ajru fuq is-Sirja, wieġeb Vladimir Putin u sejjaħlu ‘att illegali ta’ agressjoni’ minn naħa tal-Amerikani.
Putin issospenda ftehim li permezz tiegħu kienu waqfu battalji fl-ajru ma’ fighter jets Amerikani fuq is-Sirja.
Il-President Russu wissa li dan il-pass ta’ Trump ikkaġuna ħsara kbira bejn Washington u Moska, liema relazzjoni diġa kienet ħażina ħafna.
F’Moska l-aħbar li l-Istati Uniti kienu se jwettqu attakk bl-ajru saret lill-awtoritajiet tletin minuta qiss qabel. Dan skont l-ambaxxatur Russu għan-Nazzjonijiet Magħquda. Trump qed jinsisti li ma kellux bżonn l-approvazzjoni Russa.
Send this to a friend