pulizija ta’ malta – One News

Il-Pulizija tissaħħaħ fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji

Il-Korp tal-Pulizija qed isaħħaħ id-dipartiment tal-investigazzjonijiet tar-reati finanzjarji.

Fi stqarrija ntqal li x-xogħol tal-investigazzjoni u dak tal-prosekuzzjoni mistenni jinfatam.

Dan ser isir biex l-uffiċjal investigatur ikun iffukat biss fuq l-investigazzjonijiet, filwaqt li l-prosekuzzjonijiet isiru mill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni li se jkun mgħammar bi prosekuturi professjonali, imħarrġa u kwalifikati fil-qasam tar-reati finanzjarji.Aqra aktar

BIL-FILMATI: Pulizija Ġermaniża b’taħriġ f’pajjiżna

Grupp ta’ pulizija Ġermaniża kienu fuq programm ta’ taħriġ u esperjenza mal-pulizija Maltija fis-sajf li għadda 2017.

Biex jispjegaw x’kien dan il-proġett, il-pulizija Ġermanizi ppreparaw dan il-filmat.

Qabda ta’ 150 kilo droga fuq vapur

Ilbieraħ filgħaxija f’ħidma konġunta bejn membri mill-iskwadra ta’ kontra il-Vizzju tad-Droga u b’assistenza minn uffiċjali tad-Dwana ta’ Malta, saret sejba ta’ droga fuq Vapur tal-Merkanzija.

Il-vapur li huwa reġistrat il-Panama u li r-rotta tiegħu tinkludi diversi pajjiżi minn madwar id-dinja kien spezzjonat u instabu numru ta’ paketti mdawrin bil-plastik. F’dawn il-paketti nsatbu madwar 150 kilo droga maħsuba kannabis lesta biex tiġi traffikata.

Mill-investigazzjonijiet li saru s’issa ma jidhirx li din id-droga kienet għas-suq lokali. Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward il-każ għadhom għaddejjin.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Y. Micallef Stafrace LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Miftuħa l-applikazzjonijiet għall-kuntistabbli tal-Pulizija

Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbar li hemm vakanzi għall-kuntistabbli tal-pulizija fi hdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana sa nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn 26 ta’ Frar 2018.

Send this to a friend