Protezzjoni Ċivili – Page 4 – One News

Notifiki

Dar taqbad fil-Mosta

Membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issejħu biex jikkontrolaw nirien irrapportati f’dar fi Triq EB Vella fil-Mosta.

One News jinsab infurmat li fid-dar kien hemm żewġ persuni u żewġt klieb. Jirriżulta li qabditilhom purtiera, iżda n-nirien laħqu intfew mal-wasla tal-Pulijza.

Is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.

 

Tal-Protezzjoni Ċivili jappellaw għall-kawtela

Qabel tmiem il-ġimgħa, fejn mistenni ftit maltemp mhux ħażin, uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin jitolbu għall-kawtela.

Kevine Pace, Station Officer tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, appella għall-kawtela u qal li n-nies għandhom jevitaw postijiet fejn jaqbel il-grigal.
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Mitfi l-interconnector bejn Malta u l-Italja bħala prekawzjoni, kawża ta’ nirien

Membri tal-protezzjoni ċivili flimkien mal-Inġiniera tal-Enemalta għaddejjien b’ħidma biex jiżguraw li jintfew nirien fil-mina tad-distribuzzjoni tal-eletrikku li tinsab bejn l-Imsida u l-Kappara.

Għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, mar id-dawl f’Tas-Sliema u bdiet idoqq il-fire alarm fil-mina.Wara ħidma bejn il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Enemalta sabu nirien fil-mina tal-Kappara. 
In-nirien kienu 600 metru minn tarf il-mina. 

Kawża ta’ dan in-nar diversi lokalitajiet fil-madwar kienu mingħajr provista tal-eletrikku. Ħafna lokalitajiet ġew lura għan-normal wara kwarta, iżda oħrajn damu iktar, fl-interess tas-sigurtà. Lokalitajiet milquta jinkludu tas-Sliema, San Ġwann, u l-Gżira.

Il-membri tal-protezzjoni civili nqasmu f’teams u qed jinżlu wieħed wieħed biex jikkontrolaw in-nirien. Jidher li set cables tal-interconnector huma maħruqin.  Kull team fil-mina qed ikun magħmul minn żewġ ħaddiema tal-Enemalta u tliet membri tal-protezzjoni ċivili, li qed idumu fil-mina għal 35 minuta qabel jinbidel il-grupp.
Minħabba li l-interconnector huwa mitfi, inxtegħel l-gass turbine tal-powerstation tal-Marsa, u nxtelgħet il-Powerstation kollha ta’ Delimara. 
Iċ-chairman tal-Enemalta Fredrick Azzopardi qal li b’rabta ma’ dawn in-nirien, se ssir investigazzjoni u mhux ezkluża inkjesta maġisterjali.

Intant fi stqarrija, l-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma avżat li minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku, konsumaturi fil-Gżira, tas-Sliema, Pembroke, San Ġwann u fiż-żoni tal-madwar, jistgħu ikollhom pressa tal-ilma baxxa jew sospensjoni totali tal-provista tal-ilma. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma żiedet tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq.

Aqra aktar

Nirien f’Għawdex – żewġ membri tal-Protezzjoni Ċivili l-isptar

Illum wara nofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra, beda nar f’residenza li mhux okkupata ġewwa Triq Santa Marija, ix-Xewkija.

Waqt l-intervent mil-Protezzjoni Ċivili, tnejn mill-ħaddiema, wieħed ta’ 49 sena residenti l-Fontana u ieħor ta’ 43 sena residenti f’San Lawrenz weġġgħu waqt li kienu qed jitfu n-nar minn fuq r-residenza.

Fuq il-post issejjaħ team mediku li assista lill-vittmi fejn ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard ir-raġel ta’ 49 sena ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li l-vittma l-oħra sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Aqra aktar

Beritta kruċjali biex jinstab il-Ġermaniż

Beritta kienet kruċjali biex instab il-katavru ta’ Mike Mansholt. Is-sejba saret iktar kmieni llum f’Ħad Dingli wara jiem ta’ tfittxija li fihom kienu involuti l-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Emanuel Psaila, uffiċjal fid-Dipartiment, spjegalna l-proċess ta’ sweep search u x’jiġri qabel jittella’ l-katavru.
Aqra aktar

Send this to a friend