Protezzjoni Ċivili – Page 3 – One News

Notifiki

“Filli f’xifer il-mewt u f’daqqa waħda kuljum aħjar”

Kważi ġimgħa u nofs mindu l-Kuntistabbli Simon Schembri kien kważi tilef ħajtu wara li ttajjar minn ġuvni ta’ sbatax -il sena f’Ħal Luqa, il-kundizzjoni medika tiegħu qed titjieb ma’ kull jum li jgħaddi.

L-Ispettur Herman Mula, li hu l-kelliem ewlieni tal-familja Schembri stqarr ma’ ONE News li minkejja li t-triq għall-fejqan hi waħda twila, jidher li Schembri qed iwieħeb tajjeb għall-kura li qed tingħatalu tant li jinsab luċidu u konxju tar-realtajiet li qed jaffaċċja.

“We can look back ġimgħa, ġimgħa u ftit down the line u ngħidu li filli kien f’xifer il-mewt, qisha kienet skontata li se jmut Simon u f’daqqa waħda kuljum jagħmel dik it-tikka improvement. L-ewwel fetaħ għajnejħ, imbgħad beda jitkellem, imbgħad beda jieħu xi naqra likwidi u issa dal-aħħar jumejn anke naqra solidi qiegħed jiekol Iġifieri dak huwa sinjal tajjeb mmens.”

 Wara li kien hemm ħafna li ħadu l-inizjattiva li jiġbru xi fondi għall-Kuntistabbli Schembri, il-familja ħolqot żewġt kontijiet bankarji biex il-ġbir ikun regolarizzat u jiġu eliminati l-abbużi. Issa li l-affarijiet qabdu t-triq it-tajba, il-familja u l-ħbieb ta’ Simon ħassew li għandhom imorru pass ieħor il-quddiem.

Dwar dan l-Ispettur Mula spjega ma’ ONE News li qed jitfassal qafas għal fondazzjoni li mhux biss ser tieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta’ Simon iżda wkoll ta’ dawk li tmisshom ix-xorti ħażina li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

“Once li jissettjawilna, il-fondi se jiġu trasferiti kollha fiha. Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-skop tagħha se jkun li jkun hemm accountability, professjonalità u auditing indipendenti kemm mill-familja u kemm mil-ħbieb tiegħu. L-ewwel mhu se ngħinu il-kawża ta’ Simon, pero il-flus li se jibqà, jekk jibqà u anke jekk ma jibqax, din il-fondazzjoni hija l-skop tagħha hu li tgħin nies li jgħaddu minn dak li għadda Simon u mhux persuni fil-pulizija biss.”

Intant rapporti fil-midja qalu matul il-lejl li għadda il-ħanut tal-familja, f’raħal ġdid kien fil-mira ta’ attentat ta’ serqa.

Azzjoni immedjata mill-Protezzjoni Ċivili biex jitneħħa periklu f’Ħal Lija

Azzjoni immedjata mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili wara filmat li ttella’ fuq dan is-sit li nġab mill-profil fuq facebook ta’ Lilian Chetcuti Riolo meta lbieraħ filgħaxija kienu jinsabu fuq il-post fejn bdew jippreparaw għal operazzjoni biex jitneħħa kull periklu eżistenti. Jidher li għalissa saru barrikati biex il-vetturi ma jgħaddux minn taħt is-siġra sakemm dan isir.

Fil-filmat li ttella’ tidher siġra mmejla biswit iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Ritratt: Gareth Degiorgio

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/?s=hal+lija

 

AĠĠORNAT: Ħaddiema maqbuda fi krejn li għeleb

 

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ wara li krejn għeleb waqt li kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fi Triq ix-Xiber fi Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.00 wara li għal xi raġuni l-krejn għeleb u ġie f’pożizzjoni perikoluża għall-ħaddiema. Il-ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew fil-ħidma biex il-krejn jittella’. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jassisti lil żewġ ħaddiema li sfaw maqbuda fl-inċident. Wieħed mill-irġiel kellu qatgħa kbira filwaqt li l-ħaddiem l-ieħor ġarrab xi ġrieħi.

Aqra aktar

KAŻ PARTIKOLARI – karozza fil-foss tal-Marsa li fil-bidu ħasbuha waqgħat…

Ftit tal-ħin ilu ssejħet l-għajnuna tal-Pulizija għax kien hemm karozza fil-foss tal-Marsa.
Jidher li xi ħadd li ra din il-karozza ċempel lill-Pulizija u dawn marru, flimkien ma’ membri mid-Dipartient tal-Protezzjoni Ċivili, għall-għajnuna.
Irriżulta però li l-karozza nstaqet għal ġol-foss u mhux waqgħat.
Sorsi fuq il-post qalulna li jkun hemm ħafna każijiet ta’ karozzi li jistaqu f’postijiet partikolari u li jkun maħsub li hemm in-nies fil-periklu fihom, meta fil-verità jkunu n-nies stess li fittxew dawn il-postijiet prekarji. Ir-raġunijiet ikunu varji.
Dan ir-rapport wassal biex iż-żona tiġi mnaddfa mis-siringi li jintużaw għall-abbuż tad-drogi.

Send this to a friend