Protezzjoni Ċivili – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa’ wara ħruġ ta’ gass f’kumpless tal-ħwienet fil-Ħamrun

AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa’ wara ħruġ ta’ gass, aktarx CO2 f’kumpless tal-ħwienet fil-Ħamrun.

Diriġenti tal-kumpless li tkellmu ma’ ONE News qalu li kulħadd ġie evakwat u l-operat tal-kumpless reġa’ kompla normali ftit tal-ħin wara.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili assiguraw li m’hemmx periklu.

Għalkemm kien hemm xi rapporti ta’ ħruq, jirriżulta li ma kien hemm l-ebda nirien fil-kumpless Daniel’s.

AKTAR QABEL: Membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-kumpless tal-ħwienet Daniel’s, fil-Ħamrun fejn intalbet l-assistenza minħabba xamma ta’ gass.

Il-kumpless jinsab fi Triq San Ġużepp fil-Ħamrun u minnufih ġew evakwati n-nies.

Minn informazzjoni li kiseb ONE News ħareġ xi gass fil-kumpless iżda rapporti oħra qed jgħidu li jista’ jkun hemm xi nirien.

Fuq il-post hemm ukoll tim mediku b’ambulanza u anki l-pulizija.

Investiment ta’ €75,000 għal tagħmir ġdid għall-Protezzjoni Ċivili

B’investiment ta’ ħamsa u sebgħin elf ewro id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili f’Delimara se jkompli jissaħħaħ permezz ta’ tagħmir ġdid.

Waqt żjara mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri u l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, Michael Farrugia, intqal kif inxtraw vetturi għall-istazzjon ta’ Delimara.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Mara mejta wara nirien f’dar fir-Rabat

Anzjana ta’ 74 sena hija kkonfermata mejta wara nirien ġo dar fir-Rabat.

Il-mara tilfet ħajjitha f’nirien li tkebbsu ġewwa dar fi Triq San Patrizju fir-Rabat għal ħabta tas-6:15am.

Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien u sabu l-katavru tal-vittma.

Tim mediku mill-isptar Mater Dei ċċertifika mejta fuq il-post lill-vittma.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro ġie inawgurat makkinarju sabiex jintuża waqt il-maltempati

B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro ġie inawgurat makkinarju sabiex jintuża mill-Protezzjoni Ċivili waqt il-maltempati  kif ukoll inċidenti f’siti ta’ kostruzzjoni.Aqra aktar

Send this to a friend