Eluf ta’ residenti minn Warsaw ħarġu fit-toroq f’protesta tal-massa spontanja quddiem il-Parlament ta’ Poland, kontra l-pjan imħejji mill-Partit Konservattiv biex jiġi limitat l-aċċess tal-ġurnalisti għal-leġiżlaturi.

Eluf ta’ residenti minn Warsaw ħarġu fit-toroq f’protesta tal-massa spontanja quddiem il-Parlament ta’ Poland, kontra l-pjan imħejji mill-Partit Konservattiv biex jiġi limitat l-aċċess tal-ġurnalisti għal-leġiżlaturi.
Grupp żgħir ta’ nies inġabar dalgħodu fil-bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan biex isemma’ leħnu kontra l-masterplan propost għal Paceville.
Għaqdiet ambjentali jemmnu li l-pjan propost, li se joħloq mad-disat elef impjieg, għandu jkun abbandunat u jsir ieħor.
L-għaqdiet flimkien ma’ stakeholders din il-ġimgħa kellhom laqgħa ta’ konsultazzjoni organizzata mill-Awtorità tal-Ippjanar. Rappreżentanti tar-residenti jsostnu li l-iżvilupp propost mhuwiex sostennibli u jemmnu li wħud mill-propjetajiet tar-residenti se jiġu mittiefsa. Jemmnu wkoll li d-disa’ żviluppi massiċi se joħolqu traffiku enormi u l-popolazzjoni f’San Ġiljan se tiżdied b’numri allarmanti. Il-GRTU esprimiet tħassib fejn jidħlu n-negozji ż-żgħar.
Numru ta’nies kienu preżenti għal protesta f’Tas-Sliema kontra l-iżvillupp eċċessiv ta’ kostruzzjoni f’pajjiżna.
Aqra aktar
Il-proposta kontroversjali għal liġi ġdida li tipprojbixxi l-abort fil-Polonja jidher li se tiġi irtirata hekk kif riżultat ta’ protesti kbar li saru fl-istess pajjiż, numru ta’ politikanti mill-partit tal-Ġustizzja, PiS, mhumiex qed jappoġġjaw din il-liġi.
Aqra aktar
Ir-resident tal-Gżira ilhom għal dawn l-aħħar sittax-il sena mċaħħda minn Manoel Island u l-baħar tal-madwar, minħabba xogħlijiet li suppost qed isiru fiż-żona, iżda li s’issa għadu kollox wieqaf. Għalhekk, il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati.
Illum r-residenti nġabru sabiex jipprotestaw, bl-insistenza li għandu jkollhom aċċess. Għal dan il-għan, qed jiġbru wkoll petizzjoni. Hemm madwar mitejn persuna miġbura bħalissa.
Wara d-delitt fuq Eleanor Mangion Walker, quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta ttelgħet protesta bl-isem ta’ ONE TOO MANY.
It-talba għaż-żieda fis-salarju li qed issir mill-Assoċjazzjoni tal-Piloti, l-ALPA, tfisser li l-ispiża tal-Air Malta fuq is-salarji tal-piloti titla’ b’sitt miljun ewro fis-sena. Irrapportat dwar dan is-Sunday Times li fissret kif f’mument fejn il-piloti għaddejin b’numru ta’ azzjonijiet industrijali qed jitolbu żieda ta’ €50,000 kull wieħed fil-paga li jieħdu d-dar.
Attivisti favur l-ambjent ingħaqdu biex ikun hemm waqfien temporanju ta’ bini għoli sakemm ikun hemm pjan ħolistiku dwar l-impatt ta’ dan it-tip ta’ bini. Fosthom anke żidiet eċċessivi ta’ karozzi.
Qed jappellaw biex il-Gvern u l-Awtorita’ tal-ippjanar jagħmlu studju estensiv dwar l-impatt ta’ ċertu proġetti. Ma jeskludux il-possibilta’ ta’ bini ogħli iżda jitolbu li qabel jinbena jkun imfassal pjan ħolistiku.
Residenti li joqgħodu fl-inħawi tal-Baħrija u s-Salvatur fir-Rabat organizzaw protesta fid-dawl li bħalissa qed isiru diversi xogħlijiet biex jitwassal is-servizz tad-drenaġġ fil-Baħrija. Dawn ix-xogħlijiet kellhom jieħdu ftit iżjed taż-żmien dan minħabba d-diversi sejbiet storiċi f’ dawn l-inħawi.
Intant il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-ilma qalet li dan ix-xogħol mistenni jkun lest fil-gimgħat li ġejjin dan hekk kif fadal biss l-aħħar 30 metru tat-triq li fiha nstabu dawn is-sejbiet storiċi fosthom oqbra bl-għadam.
Diversi residenti tal-baħrija illejla ingħaqdu fi protesta sabiex isemmgħu l-karba tagħhom għall- istat tat-toroq ulterjuri li bħalissa qegħdin jgħaddu minnhom minħabba li fit-triq prinċipali għaddejjin ix-xogħlijiet tas-servizzi tad-drenaġġ.
Fl-aħħar jiem żvelajna kif fil-folla li dawwret lil Simon Busuttil quddiem il-Qorti kien hemm persuni b’kondotta xejn tajba, fosthom Tonio Zampa. Zampa kien ma’ dawk li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali waqqfu nies li kien hemm ma’ Jeffrey Pullicino Orlando milli jidhlu d-Dar Ċentrali.
Iżda, ma kienx hu l-uniku wieħed li sa snin riċenti kien imsejjaħ jidher quddiem il-qorti. Mal-folla organizzata mid-Dar Ċentrali kien hemm ukoll Charles Mangion, magħruf bħala ż-Żubina. Wara ġuri ż-Żubina kien instab ħati ta’ qtil ta’ Spanjol fl-1975, wara li iktar kmieni kien instab ħati t’attentat ta’ qtil. Kien sa riċenti li Mangion spiċċa l-Qorti għaliex għandu rasu sħuna.
Fil-fatt weħel sitt xhur sospiżi għal sena u nofs wara li hedded lill-eks deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlandu u li d-deputat Deborah Schembri. Saħansitra kien qal li lest joqtol lil Pullicino Orlando filwaqt li jagħmel ħsara wkoll lill-eks Ministru Jesmond Mugliett.
Jirriżulta li Simon Busuttil m’għandu ebda problema bil-preżenza taż-Żubina tant li mhux biss issejjaħ ikun quddiem il-Qorti, iżda jidher f’bosta attivitajiet oħra tal-Partit Nazzjonalista. Partit li qed isaħħan l-irjus tant li nies minn tiegħu spiċċaw attakkaw lill-ġurnalisti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Send this to a friend