Notifiki

Atturi u kantanti kontra Trump

Grupp ta’ atturi minn Broadway, inkluż il-kantanta Rosie O’Donnell, inagħqdu f’Lafayette Park f’Washington il-bieraħ fi protesta ta’ mużika kontra l-President Amerikan Donald Trump. Dan bħala parti minn #KremlinAnnex, serja ta’ protesti kontra Trump li bdew fis-16 ta’ Lulju bħala tweġiba għal-laqgħa mal-President Russu Vladimir Putin.Aqra aktar

Protesti f’Ruma u Londra; ilħna favur u kontra l-UE

Filwaqt li l-Ewropa qed tfakkar jum twelidha, madwar 25,000 persuna invadew il-kapitali Taljana biex isemmgħu leħinhom dwar l-Unjoni Ewropea.

B’kollox kien hemm erba’ marċi u żewġ sit-ins madwar Ruma, b’5,00 Forzi tal-Pulizija jimxu mat-toroq tal-Belt lesti għal kull ma jista’ jinqala, hekk kif kien maħsub li estremesti kemm favur u kemm kontra l-Ewropa kienu se jintimidaw lil xulxin.

Aqra aktar

Busuttil se jerġa’ jniżżel in-nies fit-toroq

Simon Busuttil se jkun qed jerġa’ jniżżel in-nies fit-toroq. Dan hekk kif fl-indirizz tiegħu lill-folla li nġabret għall-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta qal li hu lest li jkompli jniżżel in-nies fit-toroq biex iwassal il-messaġġ.

Aqra aktar

Kollox flus!

Hawn min qiegħed jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed iżid it-temperatura politika għax għandu bżonn il-flus.

Aqra aktar

Busuttil se jerġa’ jipprotesta nhar il-Ħadd

F’attività tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema, li għaliha n-nies twasslu bil-private, il-pass tal-Oppożizzjoni tħabbar li nhar il-Ħadd li ġej se jorganizza demostrazzjoni. Dan għax skond hu f’Malta hawn theddida għad-demokrazija.

Dak li ħabbar Simon Busuttil jikkonferma dak żvelat fl-aħħar jiem li l-protesta tal-lum, hija biss waħda minn sensiela.

Aqra aktar

Send this to a friend