prostituzzjoni – Page 3 – One News

Notifiki

Jammettu li mexxew burdell

Sitt nisa Ukreni, li jaħdmu f’ salon tal-massaġġi, tressqu l-Qorti arrestati b’ rabta ma’ involviment fit-tmexxija ta’ burdell. Dan wara li l-Pulizija, mill-investigazzjonijiet tagħhom, sabu li ħanut f’ San Ġwann u ieħor f’ Santa Venera, allegatament qed jintużaw għall-prostituzzjoni jew għal skopijiet immorali oħra.

Aqra aktar

Titnaqqas is-sentenza dwar każ ta’ traffikar ta’ nisa u prostituzzjoni

Fil-Qorti tal-Appell Raymond Mifsud ta’ 49 sena minn Ħal Luqa tnaqqsitlu l-piena b’seba’ snin.

Oriġinarjmanet Mifsud kien weħel ħdax-il sena ħabs fuq traffikar ta’ nisa u prostituzzjoni f’farm house f’Ħal Luqa.

Madankollu l-Imħallef Edwina Grima ma sabitux ħati f’kull akkuża li nstab ħati fuqha qabel u argumentat li huwa kellu jinstab ħati fuq l-aktar reat gravi.

Aqra aktar

Aktar minn 50 persuna mressqa l-Qorti fuq reati ta’ prostituzzjoni

Fl-2016, kienu 54 persuna li tressqu l-Qorti fuq reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni. Dawn kienu ħames irġiel Maltin, 44 mara Maltija u ħames nisa barranin.
Matul l-istess perjodu dawn inħarġulhom 174-il taħrika relatati ma’ dawn ir-reati. Hemm diversi każijiet oħra li għalihom ingħataw sentenzi sospiżi u multi, priġunerija u multi. Minn dawk deċiżi kien hemm każ ta’ liberazzjoni u żewġ każi preskritti.

Aqra aktar

PROSTITUTI: żewġt’irġiel u 39 mara – il-maġġoranza MALTIN

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal li aktar minn 40 persuna tressqu l-Qorti fuq reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni minn Jannar sal-aħħar ta’ Awwissu 2016. Tnejn kienu rġiel Maltin, filwaqt li 39 kienu nisa, li fosthom kien hemm tlieta biss barranin.

Bejniethom dawn inħarġulhom 116-il taħrika għal dawn ir-reati. Ħafna mill-każijiet in kwistjoni għadhom pendenti (sub-judice) filwaqt li f’każijiet oħrajn kien hemm sentenzi sospiżi u multi, priġunerija u priġunerija u multi.  Minn dawk deċiżi kien hemm każ fejn persuna ġiet liberata u żewġ każi preskritti.

 

Send this to a friend