prostituzzjoni – Page 2 – One News

Notifiki

Sentenza ta’ ħabs sospiża għal tliet prostituti u sid ta’ tliet ħwienet li kien jitħallas bil-commission

Carmel Schembri ġie kkundannat erbatax-il xahar ħabs sospiżi għal erbgħa snin u multa ta’ €1,500 wara li wieġeb ħati fuq akkużi relatati ma qlieħ ta’ flus mill-prostituzzjoni.

Id-difiża tar-raġel mmexxija minn Dr Arthur Azzoppardi spjegat kif huwa fatt li Schembri kien qed jagħmel qliegħ mill-postituzzjoni iżda sostna kif f’dan il-każ ma kienx hemm maltrattament tal-prostituti u lanqas ma kien hemm każi ta’ traffikar uman. Dr Azzoppardi qal ukoll li l-imputat kien qed iħallas il-VAT kollu wara li l-ħwienet kienu reġistrati li qed jagħmlu l-messaġġi lin-nies. Sorsi spjegaw kif ir-raġel kien jitħallas fuq bażi ta’ commission ta’ 15% mingħand kull prostituta.Aqra aktar

L-allat tal-ipokresija

Is-7pm tal-bieraħ. Sar il-ħin sabiex il-Kap tal-Oppożizzjoni jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet, sabiex ikompli bil-farsa li beda biha fil-Parlament u joqgħod jiftaħ idu quddiem il-kameras u jgħid li l-Gvern ma riedx joqgħod jiddiskuti s-sensiela ġodda ta’ allegazzjonijiet dwar il-kumpanija 17 Black li qabel qalu kienet ta’ John Dalli u issa saret ta’ businessman.

Aqra aktar

Tonqos il-prostituzzjoni fit-toroq, jiżdiedu l-ħwienet

Fl-aħħar snin kien hawn tnaqqis sostanzjali b’rabta ma’ tlajjar fit-toroq għal fini ta’ prostituzzjoni, iżda żdiedu l-ħwienet reklamati bħala tal-massaġġi li però joffru servizzi sesswali.

Fl-aħħar xhur tressqu diversi persuni akkużati bi prostituzzjoni fosthom sidien ta’ ħwienet u anke ħaddiema. Bid-domanda għal dawn it-tip ta’ servizzi sesswali tibqa’ waħda pjuttost għolja.

Dwar dan il-fenomenu tkellimna mal-Ispettur John Spiteri mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji li hu l-investigatur ewlieni ta dawn it-tip ta reati.Aqra aktar

AĠĠORNAT: IMEXXI TLETT IBRIEDEL – JIBDEW JIXHDU L-PROSTITUTI

 

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat l-iffriżar tal-assi ta’ Fayton Falzon, u qalet lit-tlett iħwienet tal-akkużat se jinżammu magħluqin. L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jkellimx xhieda, ma’ joħroġx bejn is-01.00 u s-07.00, u kif ukoll jifirma fl-għassa tal-Ħamrun tlett darbiet fil-Ġimgħa.Aqra aktar

Bejn intriċċi legali u r-realtà

  • Il-prostituzzjoni teżisti: Se nibqgħu nħarsu n-naħa l-oħra?
  • Għaqdiet tan-nisa jopponu r-regolarizzazzjoni
  • Esperti legali u tal-kriminoloġija jimmarkaw il-vantaġġi ta’ bidla

Il-prostituzzjoni f’pajjiżna hi realtà li teżisti bħalma teżisti f’kull pajjiż ieħor fid-dinja. Għal żmien twil ma kinetx suġġett ewlieni fl-aġenda tad-diskussjoni f’pajjiżna, iżda dikjarazzjoni tal-Prim Ministru dwar kif għandna nibdew niddiskutu jekk dan hux settur li għandu jkun regolarizzat wasslet biex id-dibattitu beda. Joseph Muscat għamilha ċara kif waħda mill-iktar affarijiet li tweġġgħu hi li pajjiżna jsib postu f’rapporti dwar traffikar ta’ persuni, partikolarment nisa għal skop ta’ prostituzzjoni, u s-soċjetà sal-lum għażlet li tinjora din ir-realtà. Bl-istil tiegħu l-Prim Ministru jidher li jrid jieħu din il-kwistjoni b’mod dirett bil-għan li l-iktar vulnerabbli jkunu mħarsa. Dwar dan, irridu naraw u nifhmu li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jibdew jikkontribwixxu għad-dibattitu persuni minn oqsma differenti.

Aqra aktar

Jaqsmu ħsibijiet dwar il-prostituzzjoni, wara kliem Joseph Muscat

Il-Malta Confederation of Women’s Organisations (MCWO) innotat kliem il-Prim Ministru dwar il-prostituzzjoni. Il-Prim Ministru u mexxej Laburista qal li wieħed ma jistax jibqa’ jaħrab ir-realtà u li b’regolamenti serji, kriminali ma jitħallewx jabbużaw minn nisa u jwasslu fejn tant persuni jkunu skjavi.

L-MCWO irrakkomandat il-mudell li fuqu jimxu pajjiżi Nordiċi, jiġifieri mhux biss li dawk li jkunu prostituti jkunu dikriminalizzati, imma jingħataw għajnuna biex ma jibqgħux prostituti. Barra minn hekk, li tixtri lil persuni għas-sess tkun offiża kriminali, bil-għan li tonqos id-domanda għal traffikar sesswali. L-MCWO qalet li ma taqbilx mar-regolarizazzjoni tal-prostituzzjoni għax iżżid it-traffikar tan-nisa. Madanakollu għarfet li l-prostituzzjoni hija r-raġuni tal-maġġoranza tal-każijijet ta’ traffikar ta’ persuni.

Aqra aktar

Send this to a friend