prostituzzjoni – One News

Notifiki

Appoġġ ġdid għal min jaħdem fil-prostituzzjoni

Tnieda servizz soċjali ġdid bl-isem Sex Workers Support Service b’daqqa ta’ pinna fi ftehim bejn id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali.Aqra aktar

Jiġi fi tmiemu l-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika dwar it-traffikar tal-bnedmin u l-prostituzzjoni

Ilbieraħ, 31 ta’ Ottubru 2019, ġie fi tmiemu l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni. Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi rċieva numru ta’ sottomissjonijiet mingħand bosta individwi u organizzazzjonijiet, fosthom rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-kamp legali, membri tal-korp akkademiku, għaqdiet studenteski u professjonisti li jaħdmu mill-qrib ma’ persuni vulnerabbli. Aqra aktar

ARA: Anki l-‘pimps’ qed jgħidu tagħhom dwar it-traffikar tal-bnedmin

Meta t-Tlieta filgħaxija fuq dan l-istazzjon kienet diskussa l-prostituzzjoni, il-gentleman’s clubs u t-traffikar uman fuq il-programm ġdid Stat ta’ Fatt, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-riformi Julia Farrugia Portelli qalet li waqt il-konsultazzjoni pubblika li għaddejja sal-aħħar ta’ dan ix-xahar dwar riformi f’dawn l-kwistjonijiet, saħansitra anki min iġib in-nisa biex jagħmlu l-pjaċiri resqu ‘l quddiem. Aqra aktar

Malti jitressaq il-Qorti wara li ttraffika mara barranija għall-prostituzzjoni

John Saliba ta’ 56 sena ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ammetta li ttraffika mara barranija għal skopijiet ta’ prostituzzjoni f’pajjiżna. Il-każ imur lura għal Lulju tal-2013, u ma’ Saliba kienu akkużati żewġ persuni oħra.

Saliba u wieħed minn dawn il-persuni kienu akkużati wkoll li għexu mill-flus li daħlu mill-prostituzzjoni ta’ persuni barranin, filwaqt li kienu qed imexxu burdell f’Tas-Sliema bl-isem Blue Moon. Il-Maġistrat Josette Demicoli kkunsidrat li Saliba issa biddel ħajtu, hekk kif qed jaħdem, għandu familja u ma reġax għamel reati oħra.

Fid-dawl li meta Saliba għamel ir-reati il-pieni kienu inqas ħorox, il-Qorti għażlet li tapplika lilhom, u għalhekk ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €465.

Ġiet Malta biex issib raġel u tazzetta- mentri allegat li daħlet f’ċirku ta’ prostituzzjoni

Simona Ortansa Bostan, Rumena ta’ 34 sena, ġiet illiberata mill-akkużi kollha miġjuba kontriha wara li l-Qorti ddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed provi fil-konfront tagħha. Il-każ imur lura għal 20 ta’ Novembru tal-2006 f’Għawdex.

Bostan kienet akkużata li ħajret lill- Leila Cadir magħrufa bħala Giorgina ta’ 19-il sena għall-prostituzzjoni u li ttraffikatha għall-istess skopijiet.

Fix-xhieda tal-Prosekuzzjoni, intqal li r-Rumena ta’ 19-il sena ġiet Malta bil-ħsieb li ssib raġel u tazzetta miegħu mentri fil-verità daħlet f’ċirku ta’ prostituzzjoni.

Raġel ma jinstabx ħati li kien qed jgħix bi qligħ mill-prostituzzjoni

Peter Borg ta’ 39 sena nħeles minn akkużi li kien qed jgħix bil-qligħ mill-prostituzzjoni ta’ tfajla Maltija. Dan minħabba l-fatt li l-allegat prostituta għażlet li ma tixhidx kontrih fil-Qorti biex ma tinkriminax ruħha.

Fl-istess ħin, Borg inħeles minn akkużi li sellef flus b’imgħaxxijiet għoljin, li beżża’ tfajla li se tintuża l-vjolenza fil-konfront tagħha, u li taha fastidju.Aqra aktar

Send this to a friend