Notifiki

Il-Kabinett ma jilqax it-talba għall-proklama tal-aħwa Degiorgio u tal-Koħħu

Fuq parir tal-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg u l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, il-Kabinett tal-Ministri ddeċieda li jagħti l-parir lill-President ta’ Malta George Vella li ma jilqax it-talba għall-proklama li għamlu Alfred Degiorgio, George Degiorgio u Vince Muscat.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa” – il-PM dwar l-aħħar żviluppi

Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa.

Hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza l-Ħamis filgħodu wara li erba’ persuni tressqu l-Qorti fis-sigħat li għaddew b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop.

“Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa.”

Aqra aktar

Ippubblikata l-proklama li ngħatat lill-Koħħu dwar il-qtil tal-Avukat Chircop

Il-Gvern ippubblika l-proklama li ngħatat ilbieraħ lis-Sur Vincent Muscat mill-President tar-Repubblika b’rabta mal-investigazzjonjiet li qegħdin isiru mill-Pulizija fuq l-omiċidju tal-Avukat Carmel Chircop li seħħ fit-8 ta’ Ottubru tal-2015.Aqra aktar

Il-President taċċetta l-parir tal-Prim Ministru għall-elezzjoni ġenerali

 

Illum, l-1 ta’ Mejju, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, rċieviet lill-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Il-President ta’ Malta, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha, bis-subartikoli (1) u (5) tal-Artikolu 76 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, avżat u ipproklamat illi, il-Parlament ta’ Malta jkun xolt, u ġie xolt mill-lum, l-1 ta’ Mejju 2017.

Aqra aktar

Send this to a friend