Notifiki

Proġetti għall-ġid tal-pajjiż


Tul din il-ġimgħa l-ħidma tal-Gvern baqgħet għaddejja.

F’kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li minn kumpanija falluta taħt gvern preċedenti, l-enemalta illum mhux biss qiegħda fuq saqajha iżda qed tinvesti barra minn xtutna.  Aqra aktar

Delia jsejjaħ fqar il-proġetti infrastrutturali li saru fl-aħħar sitt snin

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ il-proġetti infrastrutturali li saru u qegħdin isiru f’pajjizna bħala faqar ta’ proġetti.

Delia stqarr: “il-faqar ta’ proġetti infrastrutturali ta’ Gvern mingħajr pjan fl-aħħar sitt snin.”

Il-Kap Nazzojnalista Adrian Delia kompla jikkritika l-proġetti infrastrutturali li qegħdin isiru f’pajjiżna fosthom il-bini ta’ ċentri ta’ saħħa ġodda, il-bini ta’ skejjel ġodda u proġetti fit-toroq ta’ pajjiżna bħal dak tal-junction tal-Marsa.

Saħansitra Delia qalilna li l-ebda proġett li wettaq dan il-Gvern ma tista’ tqabblu ma’ proġetti li saru fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti bħal dak tal-Isptar Mater Dei li dam 17-il sena biex inbena u sewa t-tripplu ta’ dak li kellu jiswa!

Dalli sostna “Ma kienx hemm imqar proġett wieħed meta tqabblu mal- 25 sena ta’ proġetti li biddlu wiċċ Malta.”

ONE News staqsa wkoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni jsemmi proġett infrastrutturali wieħed li qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista fid-dokument ta’ qabel il-baġit.

Iżda anki jekk kellu d-dokument quddiemu, Delia ma kienx jaf isemmi proposta waħda.

Meta ġie mistoqsi x’qed jipproponi, Delia wieġeb “Qed nipproponi diversi affarijiet imma staqsini meta nagħmlu l-press conference dwar dik il-materja.”

Anki jekk indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar id-dokument ta’ qabel il-baġit, Adrian Delia ma kienx jaf iwieġeb lanqas mistoqsijiet bażiċi. Fosthom b’kemm se tikber l-ekonomija bil-miżuri li qal li qed jipproponi Qalilna biss: “B’dawn il-miżuri t-tkabbir ikun totali. Life changing.”

Maqbud fuq sieq waħda, Adrian Delia qal li se jibda juża riga differenti biex ikejjel it-tkabbir ekonomiku li bih titkejjel kull ekonomija fid-dinja.

Delia tenna: “B’dawn il-miżuri l-ekonomija kemm tikber 3 percent, 4 percent ?  Mhux nitkellmu fuq t-tkabbir imkejjel b’dik ir-riga.”

It-tkabbir ekonomiku li esperjenza pajjiżna fl-aħħar snin, l-akbar tkabbir fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, wassal biex il-Gvern seta’ jdaħħal bosta skemi u inizjattivi ġodda li kienu ta’ spalla għall-familji Maltin fosthom iċ-childcare b’xejn, is-servizz tat-trasport b’xejn għall-istudenti kollha u mediċini ġodda għall-pazjenti bil-kanċer.

Il-Kunsilli Lokali se jingħataw €120,000 għal proġetti u inizjattivi favur il-ħarsien tal-annimali

Fond ta 120,000 ewro se jagħti l-opportunità lill-Kunsilli Lokali li jwettqu proġetti sabiex jinħolqu iżjed postijiet għall-annimali u inizjattivi oħra għall-ħarsien tagħhom.

Fost il-proġetti li l-kunsilli se jkunu jistgħu iwettqu, il-fond se jkun użat biex isiru spazji miftuħa għall-klieb, cat cafès u kampanji ta’ neutering.Aqra aktar

Ħidma fi Triq il-Marsa

Infrastructure Malta qed ittemm it-tieni fażi tal-proġett tal-junction tal-Marsa, b’għadd ta’ xogħlijiet fi Triq il-Marsa, li tgħaqqad Ħal Qormi ma’ Triq Aldo Moro, il-Marsa.

It-tarf tan-naħa tan-nofsinhar ta’ Triq il-Marsa, hekk kif tingħaqad ma’ Triq Aldo Moro biswit iċ-Ċimiterju tat-Torok, ser tkun magħluqa bejn is-Sibt l-1 ta’ Settembru u l-Ħadd 16 ta’ Settembru. Waqt li t-triq tkun magħluqa, il-kuntratturi ta’ Infrastructure Malta jkunu jistgħu itemmu b’mod sigur l-aħħar xogħlijiet tal-korsiji ġodda li nbnew fid-direzzjoni tal-Belt Valletta fi Triq Aldo Moro u tas-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi ġodda li tpoġġew taħthom. F’din il-ħidma, dawn il-korsiji ġodda u s-sistemi ta’ taħthom ser jingħaqdu mal-korsiji u s-servizzi ta’ Triq il-Marsa u ta’ Triq il-Gvern Lokali, li nbniet mill-ġdid bħala parti minn dan il-proġett ukoll.Aqra aktar

Ħames proġetti ġodda approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat ħames proġetti  li jammontaw għal miljun ewro, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja f’diversi bliet u villaġġi Maltin u Għawdxin . Il-flus għall-proġetti nkisbu mill-Fond għall-Iżvilupp u Ippjanar, u se jolqtu il-Mosta, il-Mellieħa, Birżebbuġa, San Ġiljan, u n-Nadur Għawdex. Aqra aktar

In-nies ħassew is-saħħa tal-ekonomija – JM

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar kif fl-aħħar ġimgħat deher biċ-ċar kemm in-nies ħassew is-saħħa tal-ekonomija. F’kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru tkellem dwar kif dan kien evidenti fi żmien il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

“Kien hawn ġid ekonomiku li wieħed iħossu. In-nies jistgħu jgħidulek li dawn kienu festi fejn in-nies ħassewhom tajjeb. Għax għandhom iktar flus fil-but u jafu li għandhom inqas piżijiet. Dan hu riżultat ċar dirett tad-deċiżjonijiet li nkunu qed nieħdu,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat li rrefera wkoll lejn dawk li l-ġid ekonomiku mhux jilħaqhom.

“Dmirna hu li nħarsu wkoll lejn min qed fi problemi. Bħal problemi ta’ kera jew faqar. Iżda, meta wieħed iħares lejn l-istampa l-kbira n-nies setgħu jħossu l-ġid li hawn,” qal il-Prim Ministru li fakkar kif mit-tokki ta’ nofs il-lejl tal-ewwel jum tal-2018 reġgħu żdiedu l-pensjonijiet, żdiedet ġurnata leave u żdiedet il-paga minima fost oħrajn.

“Dawn l-affarijiet kollha n-nies qegħdin iħossuhom,” qal Joseph Muscat li tkellem ukoll dwar deċiżjonijiet importanti meħuda fl-aħħar ġimgħat. Fosthom it-tneħħija tal-garanzija bankarja għall-proġett tal-Electrogas li wassal għall-power station li taħdem bil-gass u t-trasferiment tal-kuntratt fil-qasam tas-saħħa għal għand kumpanija Amerikana rinomata u ta’ esperjenza.

“Aħna lesti li nitkellmu fil-parlament kemm dwar il-garanzija bankarja u nħarsu ‘l quddiem li nitkellmu wkoll dwar il-qasam tas-saħħa. Tidħak ftit meta tipprova tifhem x’inhi l-kritika tal-oppożizzjoni. Kritika li ġejja minn persuna li qed ikun akkużat li jagħti r-riċetti minn fuq it-telephone,” qal il-Prim Ministru li insista li wieħed għalhekk irid anke jara l-kredibbiltà ta’ min qed jagħmel il-kritika.

Aqra aktar

Tliet proġetti f’irħula differenti se jimbuttaw il-patrimonju nazzjonali

Pajjiżna qed ikompli jassorbi aktar fondi ewropej, fil-fatt is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-interess fis-sejħiet ta’ dawn il-fondi kien wieħed tajjeb ħafna f’dawk li huma assi naturali u kulturali.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li nħarġet is-sejħa għal għaqdiet mhux governattivi u Kunsilli Lokali. Sejħa li għaliha diġà saru 21 applikazzjoni u li minnhom €20 miljun jinkludu proġetti ta’ interess nazzjonali fosthom il-proġett ta’ restawr tal-Pro-Katidral tal-Anglikani fil-Belt Valletta. Proġett ta’ €1,100,000 minn Fondi Ewropej bl-għan li dan il-pro-katidral jattira aktar turisti.

Proġetti oħra jinkludu dak tal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li għalih se jiġu allokati €600,000 biex jiġi restawrat l-arloġġ tal-Imtarfa. Filwaqt, li f’Ħal Qormi, l-kamra tan-nar ta’ San Ġorġ daħlet l-applikazzjoni biex tkun tista’ taħdem il-piroteknika u tagħmel workshops għat-turisti biex tkun jistgħu jitgħallmu aktar dwar dan il-proċess.

Ian Borg qal li dan kollu jikkontribwixxi għall-prodott turistiku Malti.

Aktar xogħol, turisti u tkabbir ekonomiku f’Għawdex f’dawn l-aħħar erba’ snin

F’dawn l-aħħar erbà snin, Gvern Laburista wettaq il-maġġoranza assoluta tal-wegħdi li għamel lill-Għawdxin. Fil-fatt, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li illum Għawdex qed jesperjenza tkabbir ekonomiku ta’ kważi 10 darbiet aktar minn dak tal-aħħar sena taħt Gvern preċedenti.

Ġie rreġġistrat ukoll rekord ta’ xogħol ġdid f’Għawdex u l-inqas livelli ta’ qgħad fl-istorja ta’ Għawdex. Għawdex kellu ukoll Rekord ta’ turisti b’aktar minn 1.1M bednight f’Għawdex fl-2016 (42% aktar mill-2012). Dan fost proġetti oħra mwettqa li llum qed jibbenefikaw minnhom l-Għawdxin. F’dan il-viżwali tista’ tifhem aktar x’wettaq Gvern Laburista f’Għawdex:

Aqra aktar

Send this to a friend