Notifiki

BIL-FILMAT: Il-PM jagħti serħan il-moħħ dwar il-Covid Wage Supplement lil hinn minn Marzu

Aktar tard din il-ġimgħa il-Gvern se jħabbar kif lil hinn minn Marzu se tibqa’ tingħata l-għajnuna fil-ħlas tal-pagi minħabba l-pandemija magħrufa bħala l-Covid Wage Supplement.

Il-Prim Ministru Robert Abela sostna dan għall-mistoqsijiet ta’ ONE News fi tmiem laqgħa tal-Kabinett fil-bini tal-General Workers’ Union.

Il-Prim Ministru saħaq li jinsab f’qagħda li jagħti serħan il-moħħ lil dawk dipendenti fuq il-Covid Wage Supplement li mhux se jneħħi l-għajnuna f’mument li huwa meħtieġ.

Spjega kif il-Gvern se jkun qed iħabbar kif se jkun qed jagħti l-Covid Wage Supplement, li fil-budget li kien tħabbar f’Ottubru li għadda din l-għajnuna kienet ġiet estiża sa Marzu.

Fil-bidu ta’ din is-sena kien tħabbar kif mill-miżura tal-Covid Wage Supplement jistgħu jgawdu n-negozji u l-ħaddiema.

Fil-fatt dawk li meta mqabbel ma’ bejn Marzu u Ottubru tal-2019 kellhom nuqqas fil-bejgħ ta’ 55% jew aktar se jibqgħu jieħdu l-Wage Supplement kollu.

Madankollu dawk li raw persentaġġ inqas ta’ bejgħ se kienu suġġetti għal inqas ammont mogħti lilhom fil-Covid Wage Supplement.

Il-PM jħabbar li se jiġu indirizzati l-isfidi fil-kirjiet ta’ qabel l-1995

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li t-Tnejn se jlaqqa’ l-Kabinettt u l-Grupp Parlamentari biex jiġi diskuss pjan għal riforma li se tindirizza għexieren ta’ snin ta’ inġustizzji b’rabta mal-kirjiet ta’ qabel l-elf disa’ mija ħamsa u disgħin.

F’Villa Bighi fil-Kalkara, Robert Abela ppreżenta pjan imsejjes fuq tliet prinċipji ewlenin immirati għas-sidien u anke għall-inkwilini.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-PM jżur l-istrutturi artistiċi tal-Karnival madwar il-Belt

Il-Prim Ministru Robert Abela żar ix-xogħol artistiku li tellgħu d-dilettanti tal-Karnival b’għadd ta’ installazzjonijiet u karrijiet li tpoġġew madwar it-toroq tal-Belt.

Il-Prim Ministru nnota kif id-dilettanti u l-artisti tal-Karnival xorta waħda esprimew it-talent artistiku tagħhom sabiex il-familji Maltin u Għawdxin setgħu jgawdu kif jistgħu l-ilwien spettakolari li joffri l-Karnival Malti.

Apparti l-installazzjonijiet madwar il-Belt, il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru għall-Arti José Herrera żaru wkoll wirja ta’ kostumi mill-isbaħ fi Spazju Kreattiv.

Aqra aktar

Il-PM jħabbar miżura biex jgħin lil min il-Covid-19 affettwatlu l-pensjoni

Il-Gvern se jgħin lil dawk li riżultat tal-Covid-19 seta’ kellhom il-pensjoni futura affettwata b’mod negattiv.

Dan ħabbru l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f’attività politika fil-Furjana li saret b’konformità mal-istruzzjonijiet mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.Aqra aktar

Send this to a friend