Reazzjoni tal-Prim Ministru għar-rating ta’ A minn S&P

B’reazzjoni għall-aħbar li S&P Global Ratings għolliet ir-rating ta’ pajjiżna għal A -, il-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt kollegament telefoniku fuq il-programm Pjazza stqarr li l-aġenzija tar-rating tal-kreditu Standard & Poors tibbaża ir-ratings tagħha fuq il-fatti u li dan ir-rating huwa riżultat ta’ ekonomija stabbli.

Il-Prim Ministru spjega li dawn ir-ratings pożittivi huma importanti għal mod ta’ kif l-investituri jħarsu lejn pajjiżna u li r-rating ta’ A jfisser li pajjiżna issa se jkun qed jikkompeti ma’ pajjiżi li għandhom ekonomiji aktar kompettitivi.
Aqra aktar

Il-Prim Minsitru jsaqsi jekk Busuttil fil-Gvern jaqbadx u jneħħi t-tanker u jerġa’ jmur għal-heavy fuel oil

Fil-Parlament illejla l-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel għadd ta’ asserzjonijiet foloz dwar it-tanker tal-gass u jistenna li l-ġimgħa d-dieħla, waqt id-dibattitu tal-Budget, jgħid jekk ikun fil-Gvern jaqbadx u jaqla’ dan it-tanker u jerġa’ jaqleb lil Malta għall-heavy fuel oil

Dr Muscat kien qed iwieġeb lil Dr Busuttil li staqsa jekk il-Prim Ministru kienx se jagħmel stqarrija ministerjali dwar il-wasla tat-tanker tal-gass li huwa sejjaħ “avveniment kontroversjali ferm”. Huwa qal li l-Oppożizzjoni qed tagħmilha ċara li dan it-tanker iqajjem mistoqsijiet kbar marbuta mar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà għan-nies.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru se jindirizza simpożju dwar kif jista’ jkun esplorat aħjar x-Xlokk ta’ Malta

Wirt iż-Żejtun ħabbar it-tielet Simpożju tiegħu bit- tema “Niskopru x-Xlokk ta’ Malta”.

Dan ir-reġjun, li jiġbor fih, l-akbar port fix-Xlokk ta’ Malta, kosta mill-isbaħ bl-ekosistemi tagħha u b’industriji speċifiċi marbutin magħha bħas-sajd u l-estrazzjoni tal-melħ mill-baħar, kif ukoll bosta siti t’importanza arkeoloġika, storika u reliġjuża, jixraqlu żgur wisq aktar attenzjoni milli ingħatatlu s’issa.

Kulħadd jaqbel li għad fadal ħafna xi jsir, bħal per eżempju fil-qasam tal-konservazzjoni u preservazzjoni tal-ħafna siti storiċi, li ftit ftit qed jisparixxu. It-turisti li jersqu lejn ix-Xlokk ta’ Malta isiru jafu biss b’Għar Dalam u Marsaxlokk, dan ta’ l-aħħar bħala raħal tipiku tas-sajjieda. Li hija ħasra, għas- sempliċi raġuni li tant għandu aktar x’joffri x-Xlokk!

Kif jista’ dan ir-reġjun jiġi żviluppat b’mod sostenibbli, li jippermetti l-ħarsien tal-ambjent rurali u naturali, l-iżvilupp ekonomiku u l- konservazzjoni tal-wirt kulturali fl-istess ħin? Se jindirizza s-simpożju li se jitratta dawn it-temi, il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

L-MHRA tressaq il-proposti qabel il-baġit

Il-prodott offrut lit-turisti, l-akkomodazzjoni u l-konnettività huma t-tlett binarji li fuqhom fasslet il-proposti għal qabel il-baġit l-MHRA. Dawn kollha marbuta mat-tema ċentrali li għażlet l-assoċjazzjoni għad-dokument tal-baġit tas-sena d-dieħla ta’ ‘Ħolqien tal-ġid komuni”.

Aqra aktar

Marika Mizzi titlef każ kontra l-Prim Ministru

Marika Mizzi tilfet rikors kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Mizzi kienet ingaġġata bħala communications coordinator  fis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta f’April 2009.  F’April, 2014 ġiet avżata li l-kuntratt tagħha kien se jintemm minħabba l-bidla fil-Presidenza.

Mizzi insistiet li kellha tkun intitolata għal ħlas ta’ somma li tiġi likwidata, minħabba klawżola li kkwotat mill-kuntratt tagħha. Sostniet li dejjem donnu kien hemm ftehim li kienet ser titħallas somma dovuta lilha, iżda wara ġiet mgħarrfa li kellha interpretazzjoni żbaljata tal-klawżola mill-kuntratt li kienet qed tikkowta, liema klawżola tiskatta biss f’każ ta’ “unforseen circumstances of termination of employment”.

Aqra aktar

Tusk f’Malta għal riflessjoni

L-immigrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-benefiċċji tal-globalizazzjoni. Huma dawn it-tlett prijoritajiet li l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk mistenni jiddiskuti fis-Summit Informali f’ Bratislava din il-ġimgħa.

Aqra aktar

Send this to a friend