Prim Ministru – Page 51 – One News

Notifiki

Il-ħobża ta’ kuljum kruċjali fil-kitba tal-istorja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-ħobża ta’ kuljum hija kruċjali fit-tfassil u fil-kitba tal-istorja tal-ġens Malti. Muscat qal li d-diffikultajiet u l-kundizzjonijiet materjali li n-nies f’Malta u madwar id-dinja ħabbtu wiċċhom magħhom tul iż-żmien huma elementi importanti fil-kitba tal-istorja.Aqra aktar

It-triq għall-futur

Li tkun l-aktar Prim Ministru fdat fl-Ewropa huwa riżultat ċar tal-ħidma ta’ dan il-Gvern.  Prim Ministru fdat ma jitkejjilx bil-mod kif tilbes jew kif iżżomm il-figura, iżda jitkejjel bl-istabbiltà li jkun hawn fil-pajjiż, bil-ġid li jkun qed jinħoloq u bis-serħan-il moħħ li Gvern iġib fis-socjetà.

Żgur li minn meta ħa t-tmexxija f’idejh Joseph Muscat, l-affarijiet ma sabhom xejn sbieħ.  Il-baħar madwarna u l-maltemp ekonomiku, iħabbat kien u iħabbat baqa’.  Iżda dan il-Prim Ministru kien kapaċi jħares ‘l quddiem, jara l-potenzjal li għandu x’joffri pajjiżna, ixammar il-kmiem u jaħdem. Dan huwa Gvern li mill-ewwel ġurnata tiegħu fit-tmexxija kien determinat li jerġa’ joħloq fiduċja fin-nies lejn il-politiċi u l-politikanti.

Aqra aktar

Filmat: Kummenti tal-PM minn Singapore

Ftit tal-ħin wara li saret iċ-ċerimonja f’Singapore li matulha kien inawgurat it-tanker li se jipprovdi l-gass fl-impjant il-ġdid ta’ Dellimara, dawn kienu l-ewwel kummenti tal-Prim Ministru. Fi ftit kliem fisser kif:

• Dan huwa tanker bl-ogħla livelli ta’ sigurtà

• Dan huwa parti mill-pjan li wassal għar-roħs fil-kontijiet tal-enerġija

• Dan huwa tanker temporanju

• Il-gvern qed jaħdem fuq pipeline tal-gass mal-Italja Aqra aktar

Ġibiltà u Malta jiddiskutu Brexit

Il-qagħda ta’ Ġibiltà wara Brexit u l-potenzjal ta’ kollaborazzjoni bejn Malta u dan il-pajjiż kienu l-qofol tad-diskussjoni bejn il-Prim Ministru Joseph Musat u l- Ministru Ewlieni ta’ Ġibiltà Fabian Picardo.

Aqra aktar

Minn traġedji għall-opportunitajiet

Irridu nbiddlu l-Mediterran minn baħar ta’ traġedji għal baħar t’opportunitajiet u l-Fondazzjoni għat-Turiżmu fil-Mediterran se tgħin li dan iseħħ. Qal dan il-Prim Ministru f’ laqgħa mal-bord tal-amministraturi tal-fondazzjoni.

Aqra aktar

‘Murella’ inawgurata mill-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura waħda mill-aktar kunċetti ġodda u innovattivi fil-qasam tal-lukandi f’Malta u Għawdex.

Kull waħda mill-24 kamra ta’ din il-lukanda kienet magħżula u disinjata indifividwalment. Fil-filmat tista’ tara l-karatteristiċi uniċi ta’ din il-lukanda, flimkien maż-żjara tal-Prim Ministru.

Aqra aktar

Silenzju fil-Parlament

Il-Parlament Malti llum wara nofsinhar ikkundanna l-attakk barbaru li sar f’Nizza fil-Jum Nazzjonali ta’ Franza nhar il-Ħamis u wera solidarjetà mal-poplu Franċiż.

Il-Prim Ministru qal li ma jaħsibx li hemm kliem biżżejjed biex wieħed jesprimi s-sentimenti ta’ dispjaċir u ta’ rabja li jqanqal f’kull persuna ta’ rieda tajba attakk bħal dan. Huwa qal li anqas stat pulizjek ma jista’ jżomm it-terroriżmu iżda hija l-edukazzjoni l-akbar arma li għandna biex persuni li jagħmu attakki kodari u selvaġġi jirrealizzaw li dawn mhumiex affarijiet tad-dinja ċivilizzata.

Aqra aktar

Busuttil b’ħafna paroli, imma fatti xejn!

Imdawwar b’fatti ċari t’abbuż ta’ poter u ksur ta’ liġi ppruvati mill-qorti, Simon Busuttil qed jibqa’ lura milli jpoġġi dak li jippriedka dwar politika onesta fil-prattika.

Meta kien qed jirreferi għall-każijiet skandalużi ta’ esponenti nazzjonalisti waqt intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru identifika l-ipokrezija tal-kap tal-Oppozizzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend