Prim Ministru – Page 5 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-PM jsuq għal Kemmuna

Jidher li l-Prim Ministru Robert Abela mhux biss ħa t-tmun tal-pajjiż f’idu ftit tal-jiem ilu iżda issa wkoll tad-dgħajsa li biha ser ikun qed jagħmel l-ewwel żjara tiegħu bħala Prim Ministru f’Kemmuna.

Illum il-Prim Ministru mistenni jiltaqa’ wkoll ma’ diversi Għawdxin fi tliet lokalitajiet differenti. Fix-Xewkija, fix-Xagħra u fil-Qala.

Segwi l-filmat hawn taħt.

Intant waqt iż-żjara tiegħu l-Prim Ministru ltaqa’ wkoll ma’ Salvu ta’ Kemmuna

Fi żjara qasira li l-Prim Ministru Robert Abela għamel fil-Gżira ta’ Kemmuna sab jistennewh lill-familja ta’ Salvu u l-familjari tiegħu.

“Kabinett b’demm ġdid u enerġija ġdida”- PM


F’konferenza tal-aħbarijiet wara l-ġurament tal-ħatra tal-Kabinett tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Kabinett li ħatar huwa sinjal b’saħħtu li dan hu Gvern li mhux biss qed iħares lejn is-sentejn u nofs li jmiss ta’ din il-leġiżlatura, iżda ferm lil hinn minn hekk. Abela qal li “Dan huwa kabinett b’demm ġdid, b’enerġija ġdida. Bil-ħatra tal-element żagħżugħ kollu fil-grupp parlamentari. Għalhekk insostni li dan hu l-kabinett li qed iħares fuq medda ta’ ġenerazzjoni.”Aqra aktar

DIRETT: Xandira speċjali tal-ġurament ta’ ħatra ta’ Dr Robert Abela bħala Prim Ministru

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela se jieħu l-ġurament ta’ Prim Ministru llum it-Tnejn, fit-tlieta ta’ waranofsinhar.

Il-wasla fil-Palazz tal-President mistennija fit-tlieta ta’ waranofsinhar hu minn hemm jimxi sal-uffiċċju tiegħu Kastilja.

In-nies se tkun tista’ tiltaqa’ mal-Prim Ministru l-ġdid fit-toroq tal-Belt Kapitali.

DIRETT: Eluf għall-ewwel diskors ta’ Robert Abela bħala Mexxej Laburista

Stennija kbira għall-ewwel diskors tal-Avukat Robert Abela li kmieni l-Ħadd filgħodu ġie elett bħala d-disa’ mexxej tal-Partit Laburista. Abela rnexxielu jikseb il-maġġoranza assoluta tal-voti tal-membri tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tas-Sibt li għadda.

Id-diskors mistenni jibda għall-ħabta tal-4.00 p.m. fil-padiljun ta’ f’Raħal Ġdid. Il-Mexxej Laburista elett Robert Abela se jagħlaq il-kungress tal-membri li matulu l-Partit Laburista ħatar mexxej ġdid.Aqra aktar

Min hu Robert Abela?


Robert Abela twieled fis-7 ta’ Diċembru tal-1977. Huwa trabba f’Ħal Tarxien u l-ewwel skola li attenda fiha kienet dik tas-sorijiet f’Santa Luċija u wara fl-Iskola ta’ San Franġisk f’Bormla. Aqra aktar

Send this to a friend