Prim Ministru – Page 2 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Unjin tal-ħaddiema tax-xatt

Waqt laqgħa li l-Prim Ministru Robert Abela kellu mal-Unjin tal-ħaddiema tax-xatt huwa stqarr li japprezza x-xogħol li jagħmlu dawn il-ħaddiema u jemmen fl-importanza tagħhom mhux biss għaliex kif spjega, nannuh kien ukoll ħaddiem liċenzjat tax-xatt, iżda għaliex konvint bl-importanza tal-irwol kruċjali ta’ dawn il-ħaddiema.  Huwa innota kif f’dawn l-aħħar ġimgħat kienu kruċjali bis-servizz li taw lil pajjiż li dejjem ingħata b’dedikazzjoni mill-ħaddiema.  Innota wkoll b’sodisfazzjon kif ir-rata tal-korrimenti fix-xogħol m’hix waħda daqstant għolja meta tqis il-periklu kbir li hemm assoċjat ma’ dan ix-xogħol.

Aqra aktar

Malta kisbet riżultati pożittivi anki fil-pandemija – il-PM

Fiż-żmien tal-pandemija Malta xorta rnexxielha tikseb riżultati pożittivi fis-settur ekonomiku.

Qal dan il-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela, meta rrefera għar-rapport ekonomiku minn Università fi New York, li wera li Malta qiegħda l-ewwel fid-dinja bħala pajjiż li offra l-awqa skemi t’għajnuna finanzjarja lin-negozji milquta mill-Coronavirus.Aqra aktar

L-UE se terfa’ l-ispiża għall-aħħar salvataġġ ta’ immigranti li ġew trasferiti fuq vapur barra minn pajjiżna

Waqt konferenza tal-aħbarijiet minn kastilja il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li bħalissa hemm diskussjonijiet għaddejjin mal-Unjoni Ewropea filwaqt li l-ispiża għal-aħħar salvataġġ u l-vapur tal-Captain Morgan li qed iżomm l-immigranti fuq il-baħar ser ikun qed jitħallas mill-Unjoni Ewropea u mhux minn fondi nazzjonali. Aqra aktar

Minkejja l-awtorizazzjoni tal-ftuħ tal-istabbilimenti l-Gvern se jibqa’ jissussidja l-pagi tal-ħaddiema tan-negozji

Il-Prim Ministru ħabbar li l-għajnuna li qed tingħata lin-negozji fil-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema, se tibqa’ tingħata. Dan ifisser li n-negozji li se jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn, se jibqgħu jirċievu l-għotja ta’ tmien mitt ewro fix-xahar għall-paga ta’ ħaddiem. Aqra aktar

Send this to a friend