Prim Ministru – One News

Notifiki

Il-PM jgħid li Malta kellha 58 kriterja fit-test tal-Moneyval u laqtithom kollha

Il-passaport jew dokument li eventwalment se jintuża biex juri jekk wieħed ikunx imlaqqam jew le kontra l-COVID-19, jista’ jkun għodda importanti biex ikun hemm ivvjaġġar sigur bejn il-pajjiżi, inkluż f’Malta.

Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-programm Insights mal-ġurnalist Glen Falzon il-Ġimgħa filgħaxija, fejn fuq l-istazzjon nazzjonali, wieġeb mistoqsijiet fuq diversi temi.

Robert Abela qal li jrid li l-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna terġa’ tqum fuq saqajha b’mod sigur.

Dan mistenni jkun dikuss fil-Kunsill Ewropew tal-ġimgħa d-dieħla li se jsir b’mod virtwali.

Aqra aktar

“Kruċjali ma nillaxkawx lejn tmiem maratona” – il-PM dwar l-imxija

F’intervista mal-familja tal-Prim Ministru, Dr. Robert Abela nnota li n-nies qed jiċċelebraw Milied b’differenza billi josservaw ir-regolamenti tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Saħaq li jeħtieġ li nibqgħu prudenti u huwa kruċjali li ma nillaxkawx issa, fi tmiem tal-maratona twila sa minn Marzu hekk kif il-vaċċin għall-Covid-19 jinsab viċin li jasal.

F’intervista waqt il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista, li għaliha n-nies għamlu l-mistoqsijiet tagħhom in-nies fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru qal li pajjiżna wera kemm hu reżiljenti u amministra tajjeb l-imxija. Dr. Abela spjega l-ħidma li saret, fosthom mhux biss tal-aħħar budget li ppreżenta l-Gvern iżda anki l-pakketti t’għajnuna oħra li ta l-Gvern biex iwieżen lill-ħaddiema u lin-negozji. Il-Prim Ministru qal li b’mod speċjali, dan il-Gvern ta każ il-qafas soċjali.

Mistoqsi dwar il-ftuħ tal-iskejjel, il-Prim Ministru spjega li kienet deċiżjoni importanti li ħa fejn pajjiżna ma setax jitlef ġenerazzjoni għal progress soċjali. Hawn hekk saħaq li pajjiżna żamm kemm jista’ jkun ċertu normalità, fejn baqgħet għaddejja l-attività ekonomika. Dan għal kuntrarju ta’ dak li qed jiġri f’pajjiżi oħra fil-qalba tal-Ewropa. F’dan il-kuntest semma kif il-Ġermanja qed tagħlaq l-iskejjel.

Fuq ton leġġer, mart il-Prim Ministru Dr. Lydia Abela spjegat kif din is-sena darhom ġiet imżejna aktar kmieni bit-tiżjin tal-Milied. Lydia Abela qalet li xi ħaġa li se jħossu n-nuqqas tagħha f’dawn il-festi minħabba l-imxija hija li s-soltu, binthom Giorgia Mae tistieden lil sħabha f’darha u jaqbdu rigal li jkunu qalgħu u jagħtuh lil tfal oħra li jinsabu f’xi dar tat-tfal jew istitut. Hawnhekk mart il-Prim Ministru qalet kif il-familja dejjem ħadet ħsieb li anki fit-tfal ixxettel sens ta’ altruwiżmu. Anki l-Prim Ministru tkellem dwar dan u rrikonoxxa l-ħidma li ssir mis-sorijiet f’dawn id-djar tat-tfal, fejn dawn is-sorijiet juru sens ta’ mħabba kbira ma’ dawn it-tfal.

Intant fuq ton leġġer ieħor, iċ-ċkejkna Giorgia Mae spjegat kif hija qed tistudja għall-priedka tal-Milied, li din is-sena jmiss lilha biex tagħmilha u qalet li tinsab f’nofs l-istudju tagħha. Fuq nota ċajtiera, il-Prim Ministru qal li hu huwa l-persuna li forsi jtellifha xi ftit waqt l-istudju tal-priedka. Giorgia Mae semmiet ukoll l-ikel li jitħejja għall-ikla tal-Milied.

Lydia Abela tkellmet ukoll dwar is-sittax-il ġurnata t’attiviżmu biex jitqajjem għarfien dwar il-vjolenza domestika. Spjegat kif iltaqgħet ma’ ħafna nies u żaret bosta postijiet u saħqet biex is-soċjetà ma tittollerax vjolenza abbażi ta’ ġeneru fost oħrajn.

Il-familja Abela tkellmet dwar sorpriżi li ħadu, fosthom il-Prim Ministru, li spjega kif kien ħa sorpriża sabiħa meta bintu telqet timxi. Ma naqasx ukoll li Giorgia Mae ssemmi membri oħra tal-familja Abela, li huma l-annimali. Fost l-annimali li jingħataw imħabba bla qies mill-familja Abela hemm fekruna, qtates, klieb, għasafar u anki gremxula.

Tista’ tara l-intervista hawn

Aġġornat: Il-Prim Ministru jasal fi Brussell għall-Kunsill tal-mexxejja Ewropej

Il-Prim Ministru Robert Abela għadu kif wasal fi Brussell sabiex jattendi għall-Kunsill tal-mexxejja Ewropej fi Brussell.

 

Dwar it-tibdil fil-klima, fis-summit mistenni jiġi diskuss il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea, dak tal-Green Deal, li sal-2050 il-kontinent Ewropew għandu mira li jkun ħieles mill-karbonju.

Fuq l-aġenda wkoll hemm temi oħra bħal Covid-19 b’mod partikolari dwar l-istrateġiji għat-tilqim u anke r-relazzjonjiet ma’ pajjiżi oħra lil hinn mill-Unjoni Ewropea.

Għada, il-Ġimgħa, is-summit mistenni jkun Euro summit, laqgħa li matulha l-Mexxeja Ewropej tal-pajjiżi fiż-żona Ewro, se jiddiskutu l-qagħda ekonomika tal-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Dwar l-aħħar żviluppi fuq ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, il-mexxejja Ewropej mhux se jkunu qed jitkellmu dwar dan, iżda l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen se tkun qed tagħti l-aħħar dettalji fin-negozjati.

Il-Prim Ministru fdat 16.7% iżjed mill-Kap tal-Oppożizzjoni – stħarriġ tal-MT

Il-Prim Ministru Robert Abela huwa fdat 16.7% iżjed mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Dan skont stħarriġ li ġie ppubblikat il-Ħadd fil-gazzetta Maltatoday. F’Diċembru Robert Abela kien fdat minn 46.8% ta’ dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ filwaqt li Bernard Grech kien fdat minn 30.1% ta’ dawk li ħadu sehem fis-sondaġġ tal-Maltatoday.

Is-sondaġġ, li sar wara l-bidliet fil-Kabinett, juri lil Robert Abela fdat iżjed minn Bernard Grech f’kull reġjun u f’kull kategorija ta’ età. L-istħarriġ jinnota wkoll li dan kien l-aktar stħarriġ li Bernard Grech mar ħażin fih sa issa. Robert Abela huwa fdat iżjed minn Bernard Grech fost in-nisa u l-irġiel iżda huwa l-aktar fdat fost iż-żgħażagħ u l-anzjani u l-Prim Ministru reġa’ anki hu iżjed fdat minn Grech f’Għawdex.

Fil-fatt fil-kategorija ta’ dawk li jgħoddu bejn it-18 u l-35 sena, Robert Abela kellu fiduċja ta’ 39.2% filwaqt li Grech kellu biss 18.2%. Il-Maltatoday tgħid li din kienet l-aktar kisba baxxa tal-Kap tal-Oppożizzjoni f’dan is-sondaġġ. Fejn tidħol il-kategorija tal-anzjani, jiġifieri dawk li għandhom 65 sena jew aktar, Robert Abela kiseb 58.9% filwaqt li Bernard Grech ġab 30.4%. F’Għawdex, Robert Abela kiseb 59.5% filwaqt li Bernard Grech ġab 26.6%.

Meta l-istħarriġ ħares lejn il-partiti politiċi, l-appoġġ lejn il-Partit Laburista huwa simili ħafna tal-fiduċja tal-mexxej tiegħu u anki reġa’ kiseb il-fiduċja f’Għawdex ukoll. Fuq skala nazzjonali, 42.9% li pparteċipaw fl-istħarriġ qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista filwaqt li 30.3% qalu li jixħtu l-vot tagħhom favur il-Partit Nazzjonalista.

Il-Maltatoday qalet li kemm iż-żewġ mexxejja u anki iż-żewġ partiti naqsu ftit mill-persentaġġi rreġistrati wara d-diskorsi ewlenin fil-preżentazzjoni tal-budget iżda dawn il-persentaġġi juru distakk ta’ madwar 36,000 vot bejn iż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’pajjiżna.