Presidenza – Page 8 – One News

Notifiki

May mistennija titlob aktar investiment fuq id-difiża ta’ pajjiżi fin-Nato

Il-Prim Minsitru Ingliż Theresa May mistennija tħeġġeġ pajjiżi Ewropej li huma parti min-Nato, jinvestu aktar fuq id-difiża.

Theresa May mistennija tispjega t-taħdidiet li kellha fl-Istati Uniti ma’ Donald Trump, fejn il-President tal-Istati Uniti qal li huwa kommess lejn in-Nato. Ir-Renju Unit huwa wieħed mill-unika membri li jonfoq minimu ta’ 2% tal-Prodott Gross Domestiku fuq difiża.

Theresa May mistennija twiegħed għajnuna kontinwa min-naħa tar-Renju Unit fil-kriżi ta’ migrazzjoni Ewropea. Mistennija tgħid li r-Renju Unit se jkun imsieħeb li wieħed jista’ joqod fuqu, anke wara Brexit.

In-Norveġja u pajjiżna b’relazzjoni aktar b’saħħitha

Il-Prim Ministru tan-Noverġja Erna Solberg tul laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat saħqet li pajjiża jrid ikompli jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu ma’ Malta matul dawn is-sitt xhur li pajjiżna għandu t-tmum tal-Presidenza. Hija stqarret li tixtieq aktar koperazzjoni ma’ pajjiżna fejn jidħol s-Schengen u s-suq komuni.

Aqra aktar

SEGWI HAWN il-mument meta Jason Azzopardi tqiegħed f’postu

Il-Partit Nazzjonalista bagħat lid-deputat Jason Azzopardi biex fi Brussell jitkellem kontra l-Gvern Malti. F’laqgħa f’kumitat bejn membri parlamentari mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u membri tal-kumitati għall-Affarijiet Ekonomiċi u dak Pana, Jason Azzopardi qal li dan huwa ‘mument imbarazzanti’ għal Malta.

Pront wieġbuh mill-Partit Popolari Ewropew u l-Ministru Owen Bonnici…segwi hawn.

Aqra aktar

Intemmu l-preżentazzjonijiet fil-Parlament Ewropew

L-aħħar jum ta’ Jannar u għalhekk tmiem l-ewwel xahar tal-Presidenza Maltija kien ifisser ukoll l-aħħar preżentazzjonijiet quddiem il-kumitati tal-Parlament Ewropew. Illum tkellmu quddiem il-kumitat għall-affarijiet kostituzzjonali d-Deputat Prim Ministru Grech u s-Segretarju Parlamentari Borg.

Tista’ ssegwi hawn:

Aqra aktar

Send this to a friend