Presidenza – Page 15 – One News

Notifiki

Konferenza li tħares lejn il-futur

Waqt konferenza bl-isem ta’ “Connecting our Future”, il-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi laqqa’ flimkien l-entitajiet diversi li jaqgħu taħtu sabiex jipprovdu viżjoni u flimkien jaraw x’qed jistennew li se jintlaħaq matul is-sena li ġejja.

Il-Ministru Manuel Mallia fid-diskors tiegħu saħaq dwar  l-effiċjenza, il-kontabilità, it-taħriġ u l-viżjoni ta’ dawn l-entitajiet għas-sena d-dieħla. Dr Mallia qal  li, “matul is-sena d-dieħla għandna sfidi kbar li jesiġu li naħdmu bla waqfien biex nissodisfaw l-aspettativi illi jġibu magħhom. Fost dawn l-isfidi hemm it-tluq fuq skala nazzjonali tal-istrategija fuq is-cyber security, it-titjib tad-data centres tal-Gvern biex ikunu aktar business friendly, se tiġi riformata il-liġi li tirregola l-gaming u se jiżdiedu l-Wi-Fihotspots madwar Malta u Għawdex.’’

Aqra aktar

L-Isklovakki jagħtu l-qanpiena lil Louis Grech!

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech irċieva handover mill-Presidenza Slovakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Din irċieviha forma ta’ qanpiena mill-Ministru Slovakk Miroslav Lajčák. L-għoti ta’ qanpiena huwa ġest simboliku li jirrappreżenta l-bidu ta’ pajjiż fit-tmun u t-tmien ta’ ieħor fl-istess pożizzjoni.

Meta iddiskutew il-preparazzjonijiet għall-Presidenza, id-Deputat Prim Ministru saħaq dwar l-importanza li tibqa tinżamm attitudni ħolistika fil-mod li bih l-Ewropa titratta l-migrazzjoni. Innota li l-attitudni hija waħda pożittiva, liema pożittività bdiet tinżera waqt il-Valletta Summit.

Aqra aktar

Kurjuż dwar il-Presidenza? Fittex il-mobile!

 

 

Kemm minnkom tkunu aġġornati dwar dak li qed jiġri mill-mobile?

Fid-dawl ħafna jwieġbu li dan huwa minnu, il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nediet f’mod uffiċjali application li tista’ tintuża minn fuq il-mobile. Se tkun tista’ tara kull aġġornament dwar laqgħat u avvenimenti li se jkunu qed iseħħu tul is-sitt xhur tal-Presidenza Maltija.

Aqra aktar

Elenkati l-prijoritajiet fil-qasam tal-ġustizzja

Fi Brussell il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi ippreżenta l-prioritajiet ta’ Malta fil-qasam tal-ġustizzja waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

L-għan ewlieni ta’ pajjiżna se jkun li ċ-ċittadin ikun fiċ-ċentru tax-xogħol imwettaq mill-Ministri Ewropej responsabbli minn dan il-qasam.

Il-Ministru qal li l-Presidenza Maltija se tisħaq ħafna fuq żewġ proposti li se jneħħu xkiel fejn jidħol il-bejgħ tal-kontenut diġitali, u fejn jidħol il-bejgħ ta’ oġġetti online. Dawn huwa żewġ oqsma relevanti ferm, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għal dawk fin-negozju, fakkar Bonnici.

Aqra aktar

Casa jattakka lill-President tal-Parlament Ewropew – jgħid li m’għandux ifaħħar lil Malta

Quddiem il-kliem pożittiv li kellu l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz lejn pajjiżna, lejliet li nieħdu Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Membru Ewro-Parlamentari David Casa ma felaħx ma jikkummentax, u ma felaħx ma jkunx negattiv.

Huwa kiteb li l-President Schulz jirrappreżenta l-Parlament Ewropew u m’għandux jesprimi opinjonijiet personali.

Madanakollu, kliem Schulz kien ċar: “I am very optimistic about the Maltese Presidency”.

‘Malta lesta’

Dan kien il-messaġġ li wassal il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz, lejliet meta pajjiżna jieħu f’idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Tenna li jinsab ottimist li l-presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se tħalli riżultati u żied jgħid li minkejja li pajjiżna hu l-iżgħar stat membru, dan mhux se jservi ta’ xkiel.

Fi kliemu stess: “It’s a good signal. These are challenging times to chair the Council..not only a challenge but a signal. I am very optimistic about the Maltese Presidency”.

Aqra aktar

L-aqwa lukandi diġà mimlijin

Il-fatt li t-turiżmu f’Malta ma naqasx wisq mix-xhur tas-Sajf qed johloq sfida ġdida lit-tim tal-loġistika li qed iħejji l-pajjiżna għall-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Matul il-presidenza se jkunu qed jintużaw il-lukandi kollha ta’ hames stilel kif ukoll xi lukandi t’erbgħa stilel, hekk kif l-ammont kbir ta delegati u ġurnalisti li se jkunu qed iżuru pajjiżna se jkollhom bżonn t’akomodazzjoni.

Xi ħaġa li kienet ta’ sfida għall-organizzaturi.

Aqra aktar

L-immigrazzjoni, Brexit, l-establishment – suġġetti indirizzati minn Schulz u Muscat

Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz inidirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja flimkien mall-Prim Ministru Joseph Muscat, hekk kif Shulz jinsab pajjiżna qabel tmiem il-mandat tiegħu nhar l-ewwel ta’  Jannar.

Schulz tkellem dwar l-immigrazzjoni bħala sfida ewlenija li għandu pajjiżna, fejn saħaq li huwa għalhekk li pajjiża se jkun motivat aktar biex jersaq lejn soluzzjoni. Sfida oħra li semma Schulz hija l-bidu tad-dħul fis-seħħ ta’ Artiklu 50, li għandu jara lir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, wara referendum li wera x-xewqa tal-poplu Ingliż.

Aqra aktar

Schulz jgħid li l-esperjenza tal-Prim Ministru Malti diġà hija ta’ vantaġġ kbir għall-Presidenza Maltija

Tkompli ż-żjara tal-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz hawn Malta.

Wara li ltaqa’ mal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-President, f’San Anton, il-President tal-Parlament Ewropew ingħata merħba mill-Prim Minsitru Joseph Muscat f’Kastilja.

Hawn iffirma l-ktieb tal-viżitaturi, kif tista’ tara fir-ritratt, u wara skambju ta’ kliem ta’ merħba bdew taħdidiet bilaterali.

Il-Prim Ministru Malti rringrazzja lil Shulz taż-żjara tiegħu u tkellem dwar il-viżjoni Maltija għall-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, li ddekriviha bħala strateġija ta’ kontinwazzjoni tad-dokumenti mressqa s’issa, li se ssir b’ħidma konġunta mal-Olandiżi u l-Islovakki.Aqra aktar

Send this to a friend