Presidenza – Page 14 – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru  jindirizza lid-diplomatiċi Sloveni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega l-prioritajiet tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea lid-diplomatiċi kollha Sloveni, li kienu miġbura għal-laqgħa annwali tagħhom f’ Ljubljana.

 Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru qal li l-immigrazzjoni hija l-aktar għadma iebsa li l-Unjoni Ewropea esperjenzat fl-aħħar snin.  Il-Presidenza Maltija hija konxja tan-nuqqas ta’ qbil li jeżisti bejn l-Istati Membri, u qed taħdem biex ikun hemm progress lejn konverġenza.

Aqra aktar

L-aħħar dettalji għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena fil-Belt Valletta

Ġew imħabbra l-aħħar dettalji għal min se jkunu l-artisti li se jagħtu spettaklu qabel u wara l-ewwel tas-sena fil-Belt Valletta.

Se jieħdu sehem Ozzy Lino, Daniel Cauchi u l-Big Band Brothers bil-parteċipazzjoni ta’ Marit Kesa. Għal ewwel darba, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena se jkunu qed jaraw il-miġja tal-finalisti tal-X factor ta’ sentejn ilu Reggie u Bollie, mad-DJ Mykill u t-Trumplet li se jagħlqu l-lejla.

Aqra aktar

Għawdex b’sehem importanti fil-Presidenza

Għawdex se jkollu sehem importanti matul is-sitt xhur li ġejjin fil-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

F’laqgħa tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan l-MCESD u li għaliha attendiet il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli, issemma’ kif Ministeri differenti se jkunu qed itellgħu numru sostanzjali ta’ konferenzi u laqgħat tekniċi f’Għawdex. Fost l-oħrajn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali se jkun qed itella’ żewġ konferenzi f’Għawdex fis-settur tal-mediċini.

Aqra aktar

Il-kultura tqarreb il-Presidenza lejn in-nies

Dak li mhux se jintlaqat mill-att politiku waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, se jintlaqat mill-Programm Kulturali. Programm varjat f’ pajjiżna u madwar l-Ewropa li se jagħti opportunitajiet uniċi liċ-ċittadini Maltin- li kull mgħandhom jagħmlu hu li jinteressaw ruħhom u jipparteċipaw.

Aqra aktar

Il-programm kulturali tal-Presidenza se jkun ‘dress rehearsal’ għal Valletta 2018

Dan huwa żmien fejn l-Unjoni Ewropea għandha terġa’ tingħaqad u l-kultura żgur tista’ tkun strument li jgħaqqad il-popli Ewropej. Dan kien il-messaġġ ewlieni li wassal is-Segretarju Parlamentari Ian Borg meta ħabbar il-programm kulturali għas-sitt xhur li ġejjin, liema programm se jiżżewweġ ma’ dak politiku.
Iktar minn 1,100 artist, il-parti l-kbira Maltin, se jesponu t-talenti tagħhom f’24 belt madwar id-dinja b’rabta ma’ din it-tema. 

Kif se taffettwak il-Presidenza

Matul il-Presidenza tista’ żżomm ruħek aġġornat permezz ta’ blog uffiċjali – pjattaforma ta’ midja diġitali li hi aċċessibbli mis-sit tal-Presidenza.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, spjega li dan il-blog huwa kanal importanti ta’ komunikazzjoni li qed jintuża mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE biex iqarreb l-UE lejn iċ-ċittadini tagħha.
Aqra aktar

FILMAT: Steve Bell jiddisinja l-karru tal-Presidenza

Naħseb ftit huma dawk li qatt immaġinaw lill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel f’ġisem ta’ sirena.
Iżda din se tkun l-attrazzjoni ewlenija f’karru li se jissimbolizza l-Presidenza matul il-Karnival fi Frar li ġej. Karru li qed jinħadem bħalissa, u li x-xogħlijiet li għaddejin fuqu fil-maħżen fil-Marsa jidhru f’dan il-filmat.
Aqra aktar

Send this to a friend