Presidenza – Page 13 – One News

Notifiki

“Viva Malta”, in-nawfraġju ta’ San Pawl, u realiżmu – diskorsi qabel iċ-ċerimonja li tat bidu għall-programm Malti

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza, Ian Borg, qal li Malta tinsab fit-tmun, u huwa mument storiku għal pajjiżna, li se tassumi l-ikbar rwol. Dan grazzi għall-ħidma sfieqa ta’ ħafna nies li rringrazzja.

F’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Borg qal li “din hija l-Presidenza tagħkom iċ-ċittadini”. Qal li se ssir ħidma favur ħidma tanġibbli għal kulħadd, u min hu. Stqarr li l-politiċi mhux dejjem iwasslu l-impatt dirett tal-Unjoni Ewropea bl-aħjar mod, u teħtieġ li tiddawwar ir-rotta, biex iċ-ċittadin ikun fil-qalba tal-Ewropa. “Aħna ottimisti, għalkemm realistiċi”. Qal li Malta ma toffrix biss xemx u baħar, imma nies ta’ talent li ma jaqtgħux qalbhom mill-isfidi. “Malta lesta, u dan grazzi għalikom” temm jgħid Borg.

Aqra aktar

Busuttil jilmenta, Juncker u Sefcovic iwiġbuh

Mhux kuntenta b’aħbarijiet pożittivi għal Malta, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fi stqarrija qalet li  hija diżappuntata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Bil-fatti kollha quddiemha, din tal-aħħar għażlet li tapprova l-Power Station.

Ir-rabja u d-diżappunt Simon Busuttil esprimihom fil-Parlament, quddiem il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarji l-oħra. Imdejjaq li l-proġett tal-enerġija issa għandu approvazzjoni oħra mill-Unjoni Ewropea, Busuttil qal li fiż-żewġ minuti allokati għalih, xtaq jgħid kemm in-nies huma diżappuntati fl-Unjoni Ewropea, inkluż fil-Kummissjon Ewropea.

Aqra aktar

Segwi hawn iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza, Ian Borg, qal li Malta tinsab fit-tmun, u huwa mument storiku għal pajjiżna, li se tassumi l-ikbar rwol. Dan grazzi għall-ħidma sfieqa ta’ ħafna nies li rringrazzja.

“Din hija l-Presidenza tagħkom iċ-ċittadini” qal Borg, filwaqt li qal li se ssir ħidma favur ħidma tanġibbli għal kulħadd, u min hu. Stqarr li l-politiċi mhux dejjem iwasslu l-impatt dirett tal-Unjoni Ewropea bl-aħjar mod, u teħtieġ li tiddawwar ir-rotta, biex iċ-ċittadin ikun fil-qalba tal-Ewropa. “Aħna ottimisti, għalkemm realistiċi”.

Aqra aktar

Azzopardi sebaħ iħuf l-Excelsior

Ix-shadow Minister tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, bakkar u mat-tmienja ta’ dalgħodu kien diġa’ qiegħed fil-lukanda Excelsior fejn għaddew il-lejl ħafna mill-membri tal-Kummissjoni Ewropea li hawn f’pajjiżna. Hemm ukoll numru ta’ ġurnalisti barranin li ġew jirrapportaw dawn l-avvenimenti importanti.

Aqra aktar

“Ewropa għan-nies” – artiklu miktub mill-President ta’ Malta

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija opportunità għalina biex insaħħu l-viżjoni ta’ l-Ewropa. Hija viżjoni ta’ ekwità, ta’ għaqda, u aktar importanti, ta’ parteċipazzjoni inklussiva għal kulħadd biex nibnu il-paċi fis-soċjetajiet tagħna u ma’ soċjetajiet oħrajn.

Irridu nemmnu fil-pedamenti li fuqhom huwa mibni il-proġett Ewropew. Fi kliem Jean Monnet, wieħed mill-arkitetti fundaturi tal-UE, is-saħħa fundamentali tal-Unjoni hija fl-għaqda tagħna madwar oġġettiv wieħed, għan wieħed, viżjoni waħda, favur il-paċi u l-prosperità.

Sabiex niksbu din il-viżjoni Ewropea, jien nemmen li t-tisħiħ ekonomiku tal-Unjoni jrid jimxi paripassu ma’ strateġiji inklussivi, biex itejbu l-ħajja tan-nies kuljum.

Il-viżjoni tagħna trid tkun waħda li ġġibna flimkien b’mod rispettuż biex negħlbu l-biżgħat u d-dubji li jxekkluna.

Il-viżjoni tagħna trid tkun waħda ħielsa, mingħajr xkiel, li tħares ’il quddiem.

L-Unjoni Ewropea għandha tgħaqqad l-għanijiet tagħha għat-tkabbir ekonomiku, mal-ġid ta’ kulħadd, kemm dawk li qed jaħdmu, kif ukoll dawk li mhux qed jaħdmu.  Jeħtieġ naħdmu bis-sħiħ biex kulħadd jilħaq il-potenzjal tiegħu, speċjalment dawk li għandhom bżonn ta’ aktar għajnuna. Aqra aktar

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jibda bl-impenji tiegħu hawn Malta

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker beda bl-impenji tiegħu hawn Malta.

Dalgħodu wasal il-Palazz ta’ San Anton fejn iltaqa’ mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro tkellmet dwar il-viżjoni tagħha u x-xewqa li l-Ewropa tkun aktar magħquda. Spjegat kif tixtieq li l-Unjoni Ewropea tkun aktar għan-nies.

Aqra aktar

Dilettant tal-bolol?

  • Ħarġa ta’ bolla b’ kommemorazzjoni tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017

Malta għandha f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u biex jigi kkommemorat dan, se tinħareġ miniature sheet b’bolla waħda, għada l-Ħamis 12 ta’ Jannar 2017.

Din il-bolla għandha l-valur ta’ €3.59 u se tkun qiegħda turi l-logo li ġie magħżul ghall-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan il-logo intgħażel minn numru ta’ sottomissjonijiet minn studenti, u juri interpretazzjoni kkulurita u differenti tas-Salib ta’ Malta. Il-bolla ġiet iddisinjata minn Sean Cini u hi ta’ daqs 31mm x 44mm, b’ perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 (comb.) b’ watermark bis-slaleb ta’ Malta. Il-folja hija ta’ daqs 84mm x 84mm. Printex Limited ipprintja 20,000 miniature sheet.

Aqra aktar

Ilum iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza Maltija

Iċ-ċermionja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mistennija tirrifletti t-temi li Malta se tisaħaq fuqhom tul il-Presidenza.

Żfin Malta se jeżebixxu l-produzzjoni Bahr, biċċa xogħol oriġinal, li turi d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom immigranti huma u jipprovaw jilħqu xtajta Ewropej.

‘Bahr’ hija l-kelma antika għal baħar, u tissimbolizza l-mobiltà u l-identità.

ONE se jkun qed ixandar il-Presidenza b’mod dirett bil-programm Pjazza jibda fil-ħamsa u jkompli biex ixandar l-avvenimenti li se jkunu għaddejjin f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Aqra aktar

“Matul din is-sena il-Gvern se jibqa’ jiffoka fuq il-bżonnijiet tan-nies” – JM

“Anke jekk għandna l-Presidenza, il-Gvern se jibqa’ jiffoka fuq il-bżonnijiet tan-nies.”

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kollegament telefoniku fuq ONE RADIO. Il-Prim Ministru spjega li minkejja li pajjiżna huwa kburi li qed imexxi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, xorta waħda qed iżomm saqajh mal-art u jkompli jiffoka fuq il-bżonnijiet li għandhom in-nies. Huwa saħaq li se jkomplu jittieħdu d-deċiżjonijiet minn Gvern li jbiddel u li qed iwasslu għar-riżultati.

Aqra aktar

L-Isqfijiet Ewropej f’laqgħa mal-Prim Ministru

“Il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea toffri lil pajjiżna l-opportunità biex nagħtu imbuttatura qawwija biex nagħtu ħajja ġdida lill-fidi fil-proġett Ewropew. Nawguraw li Malta tkompli ssaħħah u timplimenta l-valuri tad-dinjità umana, d-demokrazija, d-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja u s-solidarjetà f’sitt prioritajiet ewlenin: il-migrazzjoni, is-sigurtà, is-suq waħdieni, l-inklużjoni soċjali, in-neighbourhood policy, u s-settur marittimu.” Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna f’laqgħa mal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat.

Aqra aktar

Send this to a friend