Presidenza – Page 12 – One News

Notifiki

“Dan huwa żmien ta’ sfidi li fih rridu nsaħħu l-valuri Ewropej u d-drittijiet fundamentali tagħna”

It-talent Malti brilla f’serata fiċ-ċentru tal-Arti Bozar fi Brussell li mmarkat il-bidu tal-Presidenza Matija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

F’din l-okkażjoni, l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tenniet li dan huwa żmien ta’ sfidi  li fih irridu nsaħħu l-valuri Ewropej u d-drittijiet fundamentali tagħna, biex nissalvagwardjaw il-valuri li ngħożżu: ir-rispett, is-solidarjetà u d-dinjità.

Aqra aktar

Il-Prim Minsitru f’laqgħa ma’ Donald Tusk fi Brussell

Il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat illum iltaqa’ mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Din il-laqgħa qed issir jum qabel ma’ l-Prim Ministru, Joseph Muscat jippreżenta s-sitt prijoritajiet fil-Parlament Ewropew waqt sessjoni plenarja.

Pajjiżna, flimkien mal-Olanda u l-Islovakkja, se jkun qed jikkontribwixxi lejn it-tfassil ta’ Ewropa aħjar. Il-prioritajiet huma dawk li l-aktar jolqtu lin-nies, u fost is-suġġetti li se jiġu trattati hemm is-sigurtà, il-migrazzjoni, is-settur marittimu, il-Mediterran, il-kunċett ta’ suq uniku,  is-suq diġitali, l-għaqda fejn tidħol l-enerġija, it-tibdil fil-klima, is-servizzi finanzjarji u l-għaqda bankarja.

Tul il-laqgħat kollha li sar s’issa. ħareġ ċar li f’dan iż-żmien tant delikat għall-Ewropa, l-Unjoni teħtieġ tikkonċerna fuq kwistjonijiet fundamentali filwaqt li tkun flessibbli u tara l-ħtiġijiet ta’ kull stat membru.

Aqra aktar

Sidien ta’ ristoranti f’Għawdex se jmorru tajjeb bil-Presidenza

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 tfisser li ħafna persuni se jżuru pajjiżna. Naturlament, dawn iridu jieklu.

Għadha kemm tnediet espressjoni ta’ interess għall-proviżjoni ta’ servizzi ta’ ristoranti f’Għawdex, għaliex għadd ta’ delegati ser ikunu qed jattendu laqgħat hemm waqt il-Presidenza Maltija fix-xhur li ġejjin.

Din l-Espressjoni ta’ Interess tista’ tinkiseb permezz ta’ ittra elettronika lill-Maniġer tal-Operat, Lucia Gauci, fuq lucia.gauci@gov.mtAqra aktar

Intlaqgħu tajjeb il-prijoritajiet Maltin

Hekk kif bdiet il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew, huma bosta il-Ministri li matul dawn il-ġimgħat ikunu qed jitilgħu fil-Parlament Ewropew sabiex jippreżentaw il-prijoritajiet lil Ewroparlamentari filwaqt li jwieġbu għal-mistoqsijiet tagħhom.

Fost dawk lesti hemm Il-Ministru Bonnici, Il-Ministru Abela u l-Ministru Cardona, li skont l-Ewro Parlamentari Laburista Miriam Dalli qataw figura tajba ħafna.

Aqra aktar

#Malta waħda mill-iktar użati fuq Twitter

Malta fost l-iktar popolari fuq Twitter, dan hekk kif tinsab propju fit-tielet post bħala l-aktar li saru tweets dwarha. Pajjiżna huwa t-tielet l-aktar popolari fuq twitter, jiġifieri li dwaru n-nies tkellmu u użaw il-kelma Malta fi tweets tagħhom.

Aqra aktar

Niskopru x’laqat lill-ġurnalisti barranin wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Presidenza

L-għada taċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Presidenza Maltija, fiċ-ċentru tal-ġurnalisti fil-Palazz tal-President ħafna kellhom kelma waħda.

Id-diskors tal-Prim Ministru Malti spikka għar-relevanza tiegħu fir-realtajiet tal-lum, filwaqt li ma naqsitx referenza lejn il-fatt li pajjiżna se jkun il-pajjiż Mediterranju li l-aħħar se jkollu l-presidenza għall-perjodu kemmxejn twil.

Maria Psara, ġurnalista minn aġenzija tal-aħbarijiet Griega, Ethnos, stqarret li presidenza mediterranja bħal dik Maltija tifhem aħjar l-isfidi li hemm b’rabta mal-migrazzjoni.

Aqra aktar

Spanja, Ċipru, Malta u Lussemburgu – x’għandhom komuni?

Huma kollha pajjiżi li skont Moody’s, huma fost l-aktar li jistgħu jkunu effetwati ħażin minn Brexit.

L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu qalet li l-Irlanda u l-Belġju huma l-aktar żewġ pajjiżi fiz-zona Ewro li għandhom probabiltà li jkunu efferwati mid-divorzju bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.

“Il-livell għoli ta’ nuqqas ta’ sigurtà dwar Brexit u kif se jkun trattat il-proċess se jħalli effett fuq in-negozji u l-kunfidenza tal-konsumatur” qalu l-analisti ta’ Moody’s, immexxija minn Sarah Carlson, f’rapport ippublikat ilbieraħ.

Aqra aktar

X’inhi l-Presidenza?

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kienet stabbilita mit-Trattat ta’ Liżbona fl-2009, bil-pajjiż li jkollu l-Presidenza jkun responsabbli biex jara li x-xogħol tal-Kunsill ikun qiegħed isir.

Il-Presidenza taħdem fuq bażi ta’ rotazzjoni kull sitt xhur, bil-pajjiż li jkollu l-Presidenza, kbir jew żgħir, ikollu opportunità biex jinfluwenza l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.

Min ikun fil-Presidenza jmexxi l-laqgħat kollha tal-Kunsill bl-eċċezzjoni tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin.

Dan jitmexxa mir-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin, Federica Mogherini.

Il-Presidenza tirrappreżenta wkoll lill-Kunsill fir-relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea. Dan japplika primarjament għar-relazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew biex jilħqu ftehim fuq il-fajls leġiżlattivi.

Tispjega aktar fid-dettal il-ġurnalista ta’ OneNews, Kelly Peplow.

Aqra aktar

Send this to a friend