President ta’ Malta – One News

Notifiki

Delia jattakka lura l-pariri Kostituzzjonali li qed jimbuttaw dawk li sfiduċjawh

Fi stqarrija l-Ġimgħa filgħaxija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jattakka lid-deputati li sfiduċjawh għall-argument tagħhom li l-President ta’ Malta għandu jneħħi lil Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni u floku jaħtar lil Therese Comodini Cachia.

B’referenza għall-istqarrija tad-deputati li sfiduċjawh, li qalilhom li mhumiex magħrufa għaliex ivvutaw kontrih f’vot sigriet, Delia qal li mhux xieraq li l-President George Vella jintilef f’dibattitu pubbliku fuq materja sensittiva.

Dan f’kuntest li d-deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Delia ħarġu stqarrija b’pariri Kostituzzjonali li jgħidu li Delia għandu jitneħħa.

Adrian Delia qal li se jibqa’ leali lejn it-tesserati u l-ġurament li ħa bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Iż-Żejtun iħejji biex jilqa’ l-ewwel President minn ħdanu

Hekk kif għada Dr. George Vella jilħaq l-għaxar President tar-Repubblika, iż-Żejtun illum intrama bil-bnadar Maltin.

Filgħodu kmieni, għada Dr. Vella jitlaq miż-Żejtun lejn il-Belt Kapitali Valletta għaċ-ċerimonja tal-ħatra bħala President tar-Repubblika.

It-Tabib Vella huwa maħbub tant miż-Żwieten, li lkoll ifaħħruħ għall-ħidma li dejjem wettaq kemm bħala tabib kif ukoll bħala politiku ta’ integrità kbira.

Send this to a friend