President George Vella – Page 2 – One News

Notifiki

Il-President qatt ma kien parteċipi ma’ ebda grupp li kien kontra d-drittijiet ċivili

B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Voice for Choice illum 28 ta’ Jannar 2020, l-Uffiċċju tal-President irid jagħmilha ċara li kuntrarju għal dak li ġie rrappurtat b’intenzjonijiet mhux ċari, il-President qatt ma kien parteċipi ma’ ebda grupp lemini jew xellugi li kien kontra d-drittijiet ċivili bħad-divorzju, l-IVF u l-LGBTIQ. Tali allegazzjonijiet huma kompletament bla bażi. Aqra aktar

Tmien għaqdiet premjati għall-kreattività tagħhom


Poplu huwa ċivilizzat daqs kemm hu kapaċi jieħu ħsieb l-iżgħar fost niesu.

Dan kien il-ħsieb tal-President Malta Georve Vella waqt ċerimonja li matula tmien għaqdiet ngħataw bejniethom is-somma ta’ ħamsin elf ewro biex iwettqu proġetti li għandhom l-għan li jkunu ta’ spalla għal dawk l-aktar emarġinati fis-soċjetà. Aqra aktar

Jaqtgħu ċ-ċitru mis-siġar tal-Palazz tal-President għal Festa Ċitru

Tfal tal-iskola ħerqana jiġru fil-ġonna ta’ Sant’Anton jaqtgħu l-larinġ, il-lumi u l-mandolin.

F’xemx tiżreġ l-istudenti tal-iskejjel primarji taż-Żejtun u Ħal Qormi meddew idejhom biex flimkien mal-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura tiegħu Miriam Vella jaqtgħu l-frott f’dan iż-żmien tas-sena s-siġar taċ-ċitru jibdew iħallu l-frott. Aqra aktar

L-inizjattiva ‘Nirriċikla għall-Istrina’ ta’ GreenPak tagħti €21,000 lill-MCCF

Mill-kampanja nazzjonali Nirriċikla għall-Istrina, GreenPak Coop Society Limited għamlet għotja ta’ €21,000 lill-Malta Community Chest Fund. Nirriċikla għall-Istrina tħeġġeġ lill-familji, skejjel, kunsilli lokali, kumpaniji, entitajiet u klabbs soċjali biex jiġbru tappijiet tal-flixkien tal-plastik għall-Istrina. Il-Kap Eżekuttiv tal-GreenPak Coop Society l-Inġinier Mario Schembri ppreżenta d-donazzjoni lill-President ta’ Malta l-E.T. Dr George Vella fil-Palazz ta’ San Anton f’Ħ’Attard. Aqra aktar

Send this to a friend