President George Vella – One News

Notifiki

25 ċenteżmu minn kull biljett standard tal-Gozo Channel matul ix-xahar ta’ Diċembru se jingħataw għall-Istrina  

Dawk kollha li se jaqsmu l-fliegu matul ix-xahar ta’ Diċembru, se jikkontribwixxu fl-għajnuna li tingħata lill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund għall-avveniment annwali tal-għada tal-Milied, l-Istrina.Aqra aktar

Il-President George Vella bi żjara fl-Uffiċċju tal-Ombudsman

Il-President ta’ Malta George Vella appella biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati sabiex, fejn hu possibbli, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman jiġu implimentati. Waqt żjara li għamel lill-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-Belt Valletta, huwa wissa li, jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ma jiġux rispettati mill-awtoritajiet u mid-dipartimenti li jiġu kkritikati minnu jew li jiġi rrakkomandat lilhom li jibdlu d-deċiżjonijiet tagħhom, dan iwassal biex tibda tisfaxxa s-saħħa ta’ dan l-Uffiċċju tant importanti għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt.Aqra aktar

Il-President iżur iċ-Ċentru Reġjonali ta’ Intervent fil-Pront f’Każ ta’ Tniġġis fil-Baħar fil-Mediterran 

Il-President ta’ Malta George Vella żar iċ-Ċentru Reġjonali ta’ Intervent fil-Pront f’Każ ta’ Tniġġis fil-Baħar fil-Mediterran (ir-REMPEC). Huwa qal li minkejja l-kisbiet fl-aħħar deċenji, għad iridu jingħelbu sfidi konsiderevoli biex niżguraw il-ħarsien tal-ambjent tar-reġjun tal-Mediterran kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli u bbilanċjat tal-pajjiżi ta’ mal-kosta.Aqra aktar

ARA: Il-President George Vella jpoġġi l-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir

Fil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Vitorja meta pajjiżna jfakkar ir-rebħa kontra t-Torok fl-1565 u l-jum li fih it-Taljani waqfu jibbumbardjaw lil pajjiżna, dalgħodu l-President ta’ Malta, George Vella poġġa l-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.Aqra aktar

Il-President jiċċara d-deċiżjoni kostituzzjonali tiegħu dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni

“Ma nikkundannawx ma min ma naqblux.”

Dak kien il-kliem li għażel juża l-President George Vella waqt intervista fuq l-istazzjon nazzjonali b’reazzjoni għall-atteġġjament kontrih dwar id-deċiżjoni kostituzzjonali li kellu jieħu relatata mal-Kap tal-Oppożizzjoni.Aqra aktar

Send this to a friend