Illum tnieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-sena 2020 bit-tema ‘Niċċelebraw is-suċċess tal-ħaddiema tagħna’.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ser ikun hemm seba’ kategorija, b’erbgħa minn dawn huma kategoriji ġodda li jirriflettu r-realtajiet ġodda tad-dinja.Aqra aktar
Fetħu b’mod uffiċjali l-applikazzjonijiet għall-premju Anzjanità Attiva li għall-ewwel darba ser tkun qed tħejji disa’ premjijiet.
L-avveniment annwali jirrikonoxxi l-ħidma ta’ diversi anzjani li ta’ kuljum jagħtu kontribut lis-soċjetà tagħna.
Iċ-Chairman tal-Bord tal-Għażla, il-Professur Carmel Borg saħaq li dawn il-premjijiet għandhom l-għan li juru l-anzjanità fil-milja tagħha.
“Sew inkunu qed infittxu anzjani li huma attivi llum, attivi b’diversi modi fil-kamp kulturali, fil-kamp sportiv, fil-kamp akkademiku, fl-altruiżmu tagħhom mela fil-kamp soċjali u f’dak li għandu x’jaqsam ma’ relazzjonijiet. Mela dan mhuwiex premju li jippremja l-karriera imma se jħares lejn anzjani llum u l-attività tagħhom.”
Fost il-premjijiet li ser jingħataw din is-sena hemm il-premju għall-Koppja Miżżewġa, Mudell Ideali u Anzjanità Attiva fid-Djar Residenzjali fost oħrajn.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis stqarr li din is-sena l-anzjani kellhom sfida liema bħala fid-dawl tal-pandemija iżda wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li tul is-sena kienu bosta l-anzjani li ħarġu b’ideat innovattivi biex iżommu lilhom infushom attivi.
In-nominazzjonijiet jagħlqu fl-aħħar ta’ Settembru, filwaqt li ċ-ċerimonja tal-premjijiet se ssir xahar wara b’mod virtwali.
L-applikazzjoni tista’ tinkiseb mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, permezz ta’ email jew mill-uffiċini tal-Kunsilli Lokali.
Is-sitt membri parlamentari Ewropej Maltin innominaw lill-Professur Charmaine Gauci, it-tim tagħha u l-professjonisti u l-voluntiera kollha tal-kura tas-saħħa għall-Premju taċ-Ċittadini Ewropej ta’ din is-sena. Aqra aktar
Il-passaport Malti huwa r-rebbieħ tal-premju prestiġġjuż tal-aqwa dokument ta’ identità reġjonali tas-sena.
Dan il-premju jirrikonoxxi l-ogħla livelli ta’ kisbiet fost il-passaporti globali u l-karti tal-identità ta’ Gvern, u ngħata lill-Aġenzija Identity Malta fl-aħħar edizzjoni tal-Konferenza High Security Printing li kienet organizzata minn Reconnaissance International fil-Portugall. Aqra aktar
Jitnieda l-premju għall-anzjanitá attiva. Din is-sena se jkun mifrux fuq seba’ kategoriji, bil-kategorija solidarijetá Interġenerazzjonali hija kategorija ġdida għal din is-sena. Aqra aktar
Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli ingħatat l-premju’Diversa Internacional’ għax-xogħol li tagħmel favur l-ugwaljanza kemm fuq livell nazzjonali u anke internazzjonali. Aqra aktar
Għall-ewwel darba f’pajjiżna l-impenn ta’ persuni li taw kontribut u ta’ dawk li jaħdmu b’mod formali jew informali fil-qasam tad-dimensja ser jiġi rikonoxxut.Aqra aktar
Trevor Zahra rebaħ il-premju tal-Akkademja tal-Malti mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Dan ħabbru l-President ta’ din l-akkademja, il-Professur Albert Borg, f’ċerimonja fejn fiha kien hemm diversi professjonisti tal-Malti.
Il-Professur Borg qal li Zahra huwa persuna li jixraqlu dan il-premju għaliex hu ħadem bis-sħiħ għal-letteratura u l-ilsien Malti.
Wara t-tħabbira tar-rebbieħ intwera filmat tax-xogħolijiet kollha li għamel Trevor Zahra tul ħajtu.
Anthony Borg, infermier li jmexxi sala fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paul, huwa r-rebbieħ ewlieni tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2018.
B’kollox kien hemm 36 nominazzjoni għal premjijiet minn sitt kategoriji differenti.
Ir-rebbieħa intgħażlu fost in-nominati minn bord indipendenti mmexxi mill-Avukat Anna Mallia flimkien mal-Inġinier Helga Pizzuto u l-Professur Anthony Serracino Inglott.Aqra aktar