pre istorja – One News

Notifiki

ARA: Skoperti mhux tas-soltu viċin Għar Dalam

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, żar is-sit preistoriku ta’ Għar Dalam sabiex isegwi l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi li għaddejjin bħalissa fil-post minn Heritage Malta. Dawn l-istudji tqanqlu minn skoperta ta’ materjal ġewwa kamra mġarrfa li tinsab fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam fejn kien hemm bosta frammenti ta’ għadam ta’ annimali preistoriċi. Fost l-għadam li nstabu kien hemm ta’ ipopotami, iljunfanti u anke lpup.

Aqra aktar

Żur l-erba’ tempji ta’ Ħal Tarxien b’xejn nhar il-Ħadd

Is-sit tat-Tempji ta’ Ħal Tarxien huwa wieħed mill-ikbar u l-iktar sit tal-preistorja komplikat. Filwaqt li tliet tempji jistgħu jiġu identifikati sew, qatt kont taf li l-kumpless tat-Tempji ta’ Ħal Tarxien fil-fatt huwa kompost minn erba’ tempji? Heritage Malta se tiftaħ dan is-sit li jifforma parti mil-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO mingħajr ħlas nhar il-Ħadd 25 ta’ Frar.

Aqra aktar

Send this to a friend