poyc – One News

Notifiki

Il-kartuna s-safra se tiġi mġedda b’6 xhur b’mod awtomatiku

Il-kartuna s-safra se tkun qed tiġi mġedda b’sitt xhur sabiex tiffaċilita lil dawk intitolati għall-mediċini b’xejn f’din is-sitwazzjoni tal-Coronavirus. L-ispiżjara se jkunu jistgħu jibqgħu jipprovdu l-mediċini fuq dokumenti li jkunu se jiskadu għal perjodu itwal ta’ sitt xhur. B’dan il-mod il-pazjent ma jkollux għalfejn imur għand il-konsulent tiegħu għall-firma. Din id-direzzjoni tgħodd ukoll għal dawk li jirċievu trattament li ma jkunx parti mill-formolarju tal-Gvern. Aqra aktar

Aktar kumdità għall-persuni miluqtin mill-marda coeliac

Minn għada t-Tnejn, 1 ta’ Ottubru, 2018, aktar minn 1,400 persuna rreġistrati bħala milqutin mill-marda magħrufa bħala coeliac u li kawża tagħha ma jistgħux jikkunsmaw prodotti li jkun fihom il-gluten, se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn miżura amministrattiva fejn jirrigwarda ġbir ta’ kupuni li jinbidlu ma’ prodotti ħielsa mill-gluten.

Aqra aktar

Is-servizzi tal-POYC lura għan-normal

Fi tweet li tella’ l-Ministru Chris Fearne, hu saħaq li l-azzjonijiet industrijali mill-POYC (pharmacy of your choice) ġew imwaqqfa mill-UHM.

Il-Ministru Fearne rringrazzja lil dawk kollha nvoluti li wrew rieda tajba.

Is-servizzi tal-POYC huma lura għan-normal.

Preskrizzjoni ta’ 6 xhur għall-pazjenti li għandhom il-karta s-safra

Pazjenti li għandhom mard kroniku u li jieħdu l-mediċina taħt l-iskema Pharmacy of your Choice bil-kartuna s-safra issa se jibdew jingħataw preskrizzjoni tat-tabib valida għal sitt xhur.

Il-pazjent se jkun qed jingħata total ta’ tliet preskrizzjonijiet li kull waħda minnhom hija valida għal xahrejn, għalhekk il-pazjent se jkollu preskrizzjoni li tkopri sitt xhur.

Madwar 151,000 pazjent li għandhom mard kroniku kien qed ikollhom bżonn preskrizzjoni tat-tabib ġdida kull xahrejn, għalhekk din il-bidla, fi kliem il-Ministru għas-saħħa Chris Fearne se tagħmel il-ħajja tal-pazjent aktar faċli.

Aqra aktar

Send this to a friend