pont – One News

Notifiki

Jinfetaħ pont pedonali ġdid li se joffri aċċess sigur mill-Blata l-Bajda saż-żona tal-Menqa fil-Marsa

B’investiment ta’ madwar żewġ miljun ewro Fondi Ewropej is-Sibt filgħodu ġie inawgurat il-pont pedonali tal-Blata l-Bajda, u issa jista’ jibda jintuża mill-pubbliku għall-mixi jew bir-rota. Aqra aktar

BIR-RITRATTI: Jibdew jitpoġġew l-ewwel żewġ strutturi tal-ħadid għall-pont il-ġdid fi Blata l-Bajda

Matul illejl li għadda Infrastructure Malta bdiet tpoġġi f’posthom l-ewwel żewġ strutturi tal-ħadid li se jiffurmaw il-gverta ta’ 105 metri tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti li qed tibni fi Blata l-Bajda, u li se jgħaqqad il-Ħamrun, il-Marsa u l-Furjana.

Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, il-kuntratturi tal-aġenzija bdew iġorru dawn l-istrutturi twal 23 metru u jiżnu 16-il tunnellata ‘l waħda, minn ġo maħżen fejn kienet il-Malta Shipbuilding fil-Marsa lejn is-sit tal-proġett. Ix-xogħol baqa’ għaddej mal-lejl u qed ikompli dalgħodu sakemm l-istrutturi jkunu mwaħħlin b’mod sigur f’posthom fuq il-pilastri tal-konkos ta’ dan il-pont. Sakemm jitlestew ix-xogħlijiet ingħalqet il-karreġġjata tan-nofsinhar fi Triq San Ġorġ Preca (li tgħaqqad flimkien Triq Nazzjonali, fil-Furjana u Triq Diċembru 13, il-Marsa). Din it-triq terġa’ tinfetaħ sa nofsinhar illum (is-Sibt). It-tliet partijiet l-oħra tal-gverta li se jiffurmaw din l-istruttura se jittieħdu fil-post f’ħidma simili mallejl fil-ġimgħat li ġejjin.Aqra aktar

Qed jistedinha!

Ritratti li ntbagħtu lil dan is-sit minn qarrej ftit tal-ħin ilu nisslu tħassib serju dwar x’prekawzjonijiet il-ħaddiema qed jieħdu f’siti tal-kostruzzjoni. Ir-ritratti li rċivejna juru ħaddiem fuq pont jagħmel xogħol fuq faċċata ta’ binja f’Rue d’Argens, il-Gżira. Aqra aktar

Għada filgħodu se tingħalaq parti minn Triq il-Wied fl-Imsida biex isiru xi xogħlijiet

Mill-5:00am ta’ għada s-Sibt, se tibda fażi ġdida tal-pont ta’ Triq il-Wied tal-Imsida, li fuqu tgħaddi Triq Reġjonali. Dan ikkonfermatu l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta, li żiedet tispjega kif bħala prekawzjoni, il-parti ta’ Triq il-Wied ta’ taħt il-pont se tkun magħluqa sal-4:30pm tas-Sibt stess. Sewwieqa li bi ħsiebhom jgħaddu mill-inħawi f’dawn il-ħinijiet huma mitluba jsegwu t-tabelli temporanji li se jkun hemm fil-qrib.Aqra aktar

Attivisti tas-SeaWatch ħatja li vvandalizzaw il-pont tal-Kappara

Żewġ Ġermaniżi u Żvizzeru ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li fil-Qorti ammettew li vvandalizzaw il-pont tal-Kappara.

Kien intervent f’waqtu tal-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema, li qabad fil-fatt lit-tliet żgħażagħ, li huma attivisti tas-SeaWatch, u li għandhom bejn is-27 u 35 sena, bil-bottijiet tal-inka ħamra f’idejhom iħażżu fuq ħajt taħt l-imsemmi pont. Dan il-vandaliżmu tella’ spiża ta’ sitt elef u ħames mitt ewro, liema spejjeż il-Qorti ordnat li jiġu mħallsa mill-imputati fi żmien tliet ijiem lill-Transport Malta.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon.

Jinħareġ il-permess għall-bini ta’ pont għall-mixi qrib l-ajruport

L-Awtorità tal-Ippjanar ingħatat permess tibni l-pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni, qrib l-Ajruport. Il-pont mistenni jkun twil madwar 11-il metru. Tliet xhur ilu, il-Gvern kien irċieba erba’ offerti għall-bini ta’ dan il-pont b’valur medju ta’ €1.4 miljun. Ix-xogħol tal-bini jibda fix-xhur li ġejjin.

Il-pont se jkollu rampi fit-tond għall-ivvjaġġar bir-roti jew bil-mixi u liftijiet biex ikun aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Ministru Ian Borg qal li dan l-investiment huwa importanti għar-residenti tal-Gudja u Ħal Luqa, l-istudenti tal-ITS u ħaddiema fl-inħawi.  Huwa żied jgħid li dan il-proġett ser jgħin ukoll lil dawk li jużaw it-trasport pubbliku biex jaslu fil-waqfiet tal-karozzi tal-linja fl-istess triq.

Il-Gvern jirċievi tliet offeri għall-bini ta’ pont għall-mixi u r-roti fil-Blata l-Bajda

Infrastruttura Malta rċiviet tliet offerti għall-bini ta’ pont għall-mixi u r-roti – u aċċessibbli anke għal persuni b’diżabilità – fil-Blata l-Bajda, biswit il-Kappella tal-MUSEUM.

It-tliet offerti għandhom valur medju ta’ żewġ miljun u erba’ mitt elf ewro.

Dwar dan il-proġett tkellimna mal-Inġinier Robert Schembri minn Infrastruttura Malta li spjega kif dan se jelimina għalkollox id-dwal tat-traffiku preżenti – bir-riżultat li t-traffiku jimxi aħjar, u jkun hemm sigurtà ferm iżjed għolja hekk kif in-nies mhux se jaqsmu iżjed it-triq.Aqra aktar

Send this to a friend