Polonja – One News

Notifiki

Il-Parlament Ewropew imħasseb bis-saltna tad-dritt u d-demokrazija li ddeterjorat fil-Polonja

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili fi ħdan il-Parlament Ewropew mistenni jaddotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni li ddeterjorat fil-Polonja dwar id-demokrazija, is-saltna td-dritt u d-drittijiet fundamentali. Membri Parlamentari Ewropej huma mħassba dwar is-saltna tad-dritt fil-Polonja anki jekk daħħal fis-seħħ Artikolu 7.

Il-Membri Parlamentari Ewropej jinsab imħassba fuq il-libertà tal-espressjoni fil-Polonja. Dan ħareġ fi stqarrija li ħareġ il-Parlament Ewropew, ftit wara li l-President konservattiv Andrjez Duda reġa’ ġie elett President tal-pajjiż.

Il-Polonja bl-aħħar tħejjijiet biex tiftaħ Ambaxxata f’Malta

Il-preparazzjonijiet għal ftuħ ta’ Ambaxxata Pollakka f’Malta waslu fi stadju avvanzat. Dan qalu Jacek Czaputowicz, Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Polonja, lill-kontroparti Malti tiegħu, Carmelo Abela, waqt taħdidiet li saru f’Varsavja l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru li min-naħa tiegħu ddeskriva dan il-pass bħala pass importanti fir-relazzjonijiet diġà tajbin ħafna bejn Malta u l-Polonja. Aqra aktar

Żieda fl-ammont ta’ turisti mill-Polonja li żaru Malta

Is-suq turistiku pollakk lejn Malta esperjenza żieda ta’ 12.3% bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Tul l-2017, il-Gżejjer Maltin laqgħu 89,335 turist, bis-suq Pollakk ikun il-ħames l-akbar sors ta’ turiżmu lejn Malta. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, kienet bassret li sal-aħħar ta’ Diċembru n-numru ta’ turisti Pollakki li jżuru Malta jlaħħaq il-100,000.Aqra aktar

Raġel jeħel 5 snin ħabs wara li abbuża kelba saħansitra qasmilha lsienha fi tnejn

Raġel weħel ħames snin wara li abbuża l-kelba tiegħu.

Il-kelba tant kienet abbużata li kellha titraqqad bl-ewtanasja.

L-akkużat huwa Radoslaw Czerkawski ta’ 37 sena mill-Polonja.

Kiya; l-ewwel isem tal-kelba kellha sidien oħra qabel u nxtara minn Czerkawski fis-sajf tal-2013. Kienet instabet fi stat tant ħazin li saħansitra kellha lsienha maqsum fi tnejn.

 

Send this to a friend