Żieda fl-ammont ta’ turisti mill-Polonja li żaru Malta

Is-suq turistiku pollakk lejn Malta esperjenza żieda ta’ 12.3% bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Tul l-2017, il-Gżejjer Maltin laqgħu 89,335 turist, bis-suq Pollakk ikun il-ħames l-akbar sors ta’ turiżmu lejn Malta. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, kienet bassret li sal-aħħar ta’ Diċembru n-numru ta’ turisti Pollakki li jżuru Malta jlaħħaq il-100,000.Aqra aktar

Ġejjin ħafna Pollakki

Din il-ġimgħa fil-Paralment ingħad li s-suq Pollakk huwa suq ieħor li qiegħed jagħti sodisfazzjon lil pajjiżna, b’riżultati tajbin ħafna f’dawn l-aħħar sentejn.

  • Fl-2013, kienu żaruna 23,889 turist mill-Polonja
  • Fl-2014 dan in-numru tela’ għal 34,723
  • Fl-2015 intlaħqet iċ-ċifra ta’ 46,233 ruħ

Meta tqabbel l-ammont ta’ 20,086 viżitatur mill-Polonja illi ġew fl-2012 ma l-2015, l-ammont iktar milli rdoppja.  Tabella bil-figuri qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aqra aktar

Send this to a friend