pollakk – One News

Notifiki

Jitlef ħajtu l-Pollakk li sab ruħu f’diffikultà f’bajja f’Kemmuna

Kmieni dalgħodu tilef ħajtu r-raġel Pollakk li jumejn ilu sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’bajja f’Kemmuna.

Il-każ seħħ fis-7 ta’ Ġunju għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li sab ruħhu f’diffikulta’ waqt li kien qiegħed f’bajja fil-limiti ta’ Kemmuna.

Il-Pulizija kif ukoll team mediku marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li raġel Pollakk ta’ 32 sena sab ruħhu f’diffikulta’ f’bajja f’Kemmuna.  Minn aktar stħarriġ irriżulta wkoll li r-raġel iddaħhal lejn ix-xatt permezz ta’ helicopter sabiex jingħata l-assitenza medika.

Aqra aktar

Il-Pollakk nieqes jinstab fil-Mellieħa

Rafal Jacek Wlodarczyk, Pollakk ta’ 41 sena, instab qawwi u sħiħ, wara li kien irrapportat nieqes lill-Pulizija nhar it-Tnejn li għadda.

Huwa deher l-aħħar nhar il-11 ta’ Marzu 2017, fl-inħawi tal-Mellieħa. Infatti huwa nstab fil-Mellieħa stess. 

Aqra aktar

Ġurnalist Malti fil-Polonja jikkummenta dwar l-MEP Pollakk li tkellem kontra n-nisa

Wara li Membru Parlamentari Ewropew Pollakk ħadha qatta’ bla ħabel kontra n-nisa ONE.COM.MT ħa l-kummenti ta’ ġurnalist Malti ibbażat fil-Polonja.

Roberto Galea li ilu sa mill-2004 jaħdem ma’ Polskie Radio (l-istazzjon nazzjonali tar-radju fil-Polonja) tkellem magħna dwar Janusz Korwin-Mikke, il-politiku eċċentriku.

Tista’ tisma’ l-kummenti tal-ġurnalist Malti hawn isfel.

Aqra aktar

Send this to a friend