PN – Page 8 – One News

Notifiki

Ryan Callus jiddenfendi l-aġir ta’ Jason Azzopardi

Deputati nazzjonalisti komplew mal-kap Adrian Delia  jiddefendu lill-kelliem tal-oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi wara li poġġa lis-suldati tal-armata, lill-Brigadier Jeffrey Curmi u lill-Prim Ministru Robert Abela taħt investigazzjoni fuq akkuza t’attentat ta’ qtil. Piena li ġġorr magħha għomor il-ħabs.Aqra aktar

Oppożizzjoni li moħħha biss kif se tipprova tikseb xi punt politiku

Filwaqt li d-dinja kollha inkluż Malta qed tikkumbatti l-ikbar kriżi mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn konsegwenza tal-Coronavirus, minkejja li tal-inqas tliet kumpaniji ta’ kreditu internazzjonali qalu li t-tbassir ekonomiku ta’ Malta wara li niedet il-pjani ekonomiċi tagħha se jibqgħu stabbli filwaqt li pajjiżi oħra kienu downgraded, l-Oppożizzjoni donnha qed tieħu pjaċir li kif prevvist kien se jkun hawn nies li se jispiċċaw bla xogħol u qed tipprova tikseb xi punt politku minn dan il-fatt. Aqra aktar

ARA: Professur rinomata tfaħħar il-Gvern fuq NET News

Il-Professur Jane Somerville, magħrufa fid-dinja medika kollha bħala waħda mill-aqwa kardjologi, faħħret lill-Gvern Malti kif jinsab organizzat tajjeb ħafna fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Coronavirus. Aqra aktar

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel tiegħu t-talba ta’ Jason Azzopardi

Għal darba oħra dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni mhux biss iddefenda lil Jason Azzopardi li huwa ċar li qed iżomm il-Kap tiegħu ostaġġ, iżda bil-persistenza li ma jikkundanx dan l-aġir li jrid jitfa’ l-ħabs lil membri tal-Armata  li salvaw tant nies u l-Prim Ministru li qed jiddeċiedi favur l-interessi ta’ Malta u l-Maltin, qed jagħmel tiegħu wkoll din il-logħba politika maħmuġa, qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista. Aqra aktar

Jason Azzopardi jirringrazzja lil Delia talli ddefendih biex jibgħat għomor il-ħabs lill-PM u lis-suldati

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia talli s-Sibt filgħaxija ddefendih.

Ftit minuti wara li Delia tkellem, fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Jason Azzopardi rringrazzja lil Delia li appoġġjah wara li fetaħ kwerela kontra l-Prim Ministru, il-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta u ħdax-il membru tal-ekwipaġġ tal-patrol boat P52.Aqra aktar

Delia jiddefendi lil Azzopardi u jirrepeti l-akkużi ta’ ħabs fuq il-PM u s-suldati

Is-Sibt filgħaxija l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda lill-kelliem tiegħu għall-ġustizzja Jason Azzopardi li qed jakkuża lill-Prim Ministru, il-Brigadier u ħdax-il ufficjal tal-armata bi qtil volontarju ta’ immigranti.

Adrian Delia ħareġ jiddefendi lid-deputat tiegħu Jason Azzopardi u qal li dan aġixxa bħala avukat biex fetaħ kwerela li trid tibgħat għomor il-ħabs lill-Prim Ministru u lis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta: Aqra aktar

Partit Nazzjonalista iżolat fil-kritika u bla pjan

B’referenza għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar il-proġett imħabbar tal-immaniġġjar tal-iskart, il-Partit Nazzjonalista qed ikompli  jikkonferma kemm illum huwa iżolat fil-kritika tiegħu u moħħu biss biex jilghab il-logħob politiku għax m’għandu l-ebda forma ta’ pjan għas-settur.Aqra aktar

Send this to a friend