PN – Page 72 – One News

Notifiki

Ikkonfermat rapport dwar il-kandidatura tal-PN

 

Bl-approvazzjoni ta’ seba’ kandidati biss kien ikkonfermat rapport fil-KullĦadd tal-Ħadd li għadda li din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista kien se japprova iktar kandidati. Iżda li n-numru kien se jkun wieħed żgħir tant li t-tmexxija xejn ma kienet kuntenta bih. Aqra aktar

Simon Busuttil jaħdem kontra l-interessi tar-residenti tas-South

Il-Kap tal-Oppożizzjoni llum kompla jikkonferma mhux biss li huwa politiku elite, iżda li b’mod sistematiku qed jaħdem kontra l-interess tar-residenti tan-nies tas-South, wara li aktar kmieni llum ma kellu xejn xi jgħid fuq l-inkonvjenzi li jafaċċjaw ir-residenti tal-Kottonera minħabba t-tarzna ta’ Palumbo.
Aqra aktar

Libell ieħor kontra l-midja tal-PN

Teddy Vassallo, li jiġi z-ziju tal-Ministru Konrad Mizzi,  fetaħ libell fil-konfront tal-Mument b’rabta ma’ artiklu miktub minn Joe Mikallef li deher il-Ħadd li għadda. Fl-artiklu Joe Mikallef kiteb li l-Gvern qabbad kumpanija, li tagħha huwa Direttur Vassallo, biex jiġu trasportati l-ankri għat-tank tal-LNG.

Aqra aktar

Id-dwejjaq ta’ Sajmin

Bħali taqraw il-ġurnali intom hux. Issa forsi ma taqrawhomx kollha kuljum, minn tarf sa’ tarf, bħal ma nagħmel jien, imma xi ħaġa taqraw. U xejn xejn jekk ma taqrawhomx kollha qed tiffrankaw il-pilloli tat-taqlieħ fl-istonku. Forsi tarawhom onlajn. Anyway. Sajmin tal-klassi elite ilu joħroġ bil-gaffs u jħallat il-ħass. Bejn ħass ikkabuċċjat u ħass lollo rosso ta! X’kull waħda! Kemm il-marelli jiġri moħħkom!

Dejjem skont Sajmin, il-poplu Malti mdejjaq. Ma nafx kif żeffen il-baġit mad-dwejjaq li qal li qed iħossu l-Maltin u l-Għawdxin. Issa n-nies li jkunu mdejjqa sa’ fejn naf jien, jingħalqu ġewwa u joqgħodu jħabbtu rashom mal-pali t’idejhom. Jew joqgħodu bil-qegħdha u jissajminjaw (Dizzjunarju Sinġin-Malti jis-saj-min-jaw verb: tissajminja. Tiċċassa bla ma tgħid xejn ta’ sustanza; per eż. Wara li t-tielet aġenzija internazzjonali għolliet il-credit rating ta’ Malta, Ċikku beda jissajminja lejn l-inkwadru ta’ Sant’Antnin u jlaqlaq talb biex isiblu r-raġuni).

Nies imdejjqa ma’ jmorrux bi ħġarhom ir-Rockorkestra. Nies imdejjqa ma’ jmorrux jieklu barra. Allura ma nafx minn fejn il-mniegħel ħarġet l-istatistika li f’dawn l-aħħar snin żdiedu n-nies li jmorru jieklu barra. Anki l-istatistika kontra Sajmin. Imbasta jkun hawn min ipeċlaq li l-Maltin u l-Għawdxin imdejjqin. U le!

Kont qiegħed mitfuh fuq is-sufan mitluq, naħseb u nħares lejn is-saqaf.

Aqra aktar

Issa se jżomm l-iskema li jgawdu minnha sħabu

Jekk fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista jżomm l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment. Iddikjara dan Simon Busuttil, l-istess Kap tal-Oppożizzjoni li fl-aħħar tliet snin attakka l-iskema qatta bla ħabel u prova juża biex jagħmel ħsara lil pajjiżna f’istituzzjonijiet Ewropej. Peró meta mistoqsi f’intervista ma’ The Sunday Times Busutil qal biss li “l-PN fil-gvern jirrevedi l-iskema.”
Aqra aktar

Il-Kap qalilhom “flimkien” u huma wieġbu…

Il-Kap, Simon Busuttil, iridna nemmnu li fil-Partit Nazzjonalista kulħadd flimkien. Iżda, flimkien tista’ tingħata ħafna interpretazzjonijiet bħalissa. Flimkien kontra tiegħu forsi? Jew flimkien libsu maskra fejn kulħadd taparsi wara l-Kap?

Jew flimkien fl-illużjoni li ġejja l-elezzjoni dalwaqt? Min jaf. Insegwu fil-filmat b’laqta satirika ta’ Dinah Seguna.

Aqra aktar

Il-PN fil-kantuniera tal-pjazza

Donnu Rosette Thake m’għandhiex xorti mal-festi tal-Indipendenza u wara l-kritika tas-sena li għaddiet meta l-Partit Nazzjonalista organizza dawn il-festi fid-daħla tal-Belt, din is-sena diġà bdiet tiffaċja t-tgergir għal mod kif donnu telqu fuq sieq ħażina l-attivitajiet.

Dan għax l-ewwel attivitajiet ħadu l-forma ta’ corner meetings, li għalihom kważi ma attenda ħadd. Anke jekk Thake għandha l-iskuża li l-għan hu li dawn jixxandru fuq Radio 101, membri tal-kumitati sezzjonali xejn ma ħadu gost bl-idea. Armati bi speaker fit-triq, bil-għan li tisma l-udjenza li tieqaf issegwi (ma sibna l-ħadd) jew tkun għaddeja, Trevor Degiorgio intefa’ jintervista u jiddiskuti ma’ esponenti tal-Partit Nazzjonalista fil-kantuniera tal-Pjazza tal-Birgu.

Aqra aktar

Send this to a friend